Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (ETV)

L-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV) huwa element ewlieni tat-tagħlim tul il-ħajja, li jgħammar liż-żgħażagħ b’kompetenzi u esperjenzi rilevant meħtieġa għal impjiegi partikolari.

L-ETV (I-ETV) normalment iseħħ fl-edukazzjoni sekondarja ogħla, qabel l-istudenti jibdew il-ħajja tax-xogħol tagħhom. Dan iseħħ fl-iskola u f’settings ibbażati fuq ix-xogħol, bħal ċentri tat-taħriġ u kumpaniji. Dan ivajra minn pajjiż għal pajjiż, skont is-sistemi nazzjonali u l-istrutturi ekonomiċi.

L-ETV kontinwu (C-ETV) iseħħ wara l-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali, jew wara li jibdew il-ħajja tax-xogħol. Il-maġġoranza tat-tagħlim iseħħ fuq il-post tax-xogħol.

Fuq medja, 50% taż-żgħżagħ Ewropej tal-età bejn 15 u 19-il sena jipparteċipaw fl-I-ETV fil-livell sekondarja ogħla. Madanakollu, il-parteċipazzjoni tvarja minn 15% sa aktar minn 70% f’reġjuni differenti.

Il-kontenut l-aktar reċenti

Links