L-Għalliema u l-Mexxejja tal-Iskejjel

Għandna aktar minn 5 miljun għalliem fl-Ewropa. L-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet ta’ kull wieħed minnhom huwa ta’ importanza kbira, u l-kwalità tat-tagħlim tagħhom għandha effett dirett fuq ir-riżultati tal-istudenti. Fl-istess waqt, id-domanda fuq l-għalliema qegħda dejjem tiżdied u tinbidel, li jfisser li għandhom bżonn l-appoġġ biex kontinwament jiżviluppaw l-għarfien u l-ħiliet tagħhom. Huwa għalhekk essenzjali jirċievu l-iżvilupp professjonali tal-ogħla kwalità, li tibda mill-Edukazzjoni Inizjali tal-Għalliema, permezz ta’ approċċ bikri fil-karriera għall-għalliema novizzi segwit minn opportunitajiet għall-Iżvilupp Professjonali Kontinwu matul il-karrieri tagħhom.

It-tmexxija għand rwol importanti fil-ħolqien ta’ kundizzjonijiet għas-suċċess fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u s-sistemi ta’ taħriġ. Il-mexxejja tal-iskejjel– li ma jfissirx biss il-kapijiet– għandhom rwol ewlieni biex isawru rabtiet bejn l-iskejjel, il-livelli differenti tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-familji, u d-dinja tax-xogħol u l-komunità lokali, kollha b’għan komuni li jgħollu l-kisbiet tal-istudenti.

F’din is-sezzjoni għandek issib artikli u materjal ieħor fuq din it-tema. Aqra aktar fuq din it-tema fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea. Biex tesplora temi oħra, uża l-menù fuq in-naħa ta’ fuq tal-paġna.

Il-kontenut l-aktar reċenti