It-Tagħlim tal-Lingwi

It-tagħlim tal-lingwi huwa essenzjali biex tiżgura li ċ-ċittadini Ewropej jistgħu jiċċaqalqu, jaħdmu u jitgħallmu liberament madwar l-Ewropa. Dan jgħin biex isaħħaħ l-impjiegi u t-tkabbir, u jikkontribwixxi għal fehim reċiproku ta’ pajjiżi u kulturi oħra. Huwa essenzjali wkoll biex jiżgura li n-nuqqasijiet fil-lingwi mhumiex ostaklu għall-parteċipazzjoni fis-soċjetà. L-irwol tal-Kummissjoni Ewropea hija li tikkoordina sforzi ma’ gvernijiet nazzjonali biex issegwi l-objettivi tal-qafas strateġiku għal-lingwi flimkien ma’ appoġġ permezz tal-attivitajiet ta’ Erasmus+.

Il-Label Ewropea tal-Lingwi tinkoraġġixxu u tippremja prattiċi innovattivi fil-qasam tat-tagħlim tal-lingwi, f’kull fażi tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Proġetti tal-Label Ewropea tal-Lingwi kkontribwew sostanzjalment għall-promozzjoni tal-innovazzjoni fit tagħlim tal-lingwi madwar l-Ewropa.

F’din is-sezzjoni ssib artikli u materjal ieħor fuq din it-tema. Aqra aktar fuq din it-tema fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea. Il-portal tal-politika lingwistika tal-Kunsill tal-Ewropa toffri wkoll għadd kbir ta' riżorsi rilevanti għat-tema. Biex tesplora temi oħra, uża l-menù fin-naħa ta' fuq tal-paġna.

Il-kontenut l-aktar reċenti