L-Edukazzjoni inklussiva u l-indirizzar tat-Tluq mill-Iskola Qabel iż-Żmien

Il-mogħdijiet tal-istudenti huma f’riskju mill-frammentazzjoni f’għadd ta’ modi, li jwasslu biex jaqgħu lura fil-kisbiet edukattivi tagħhom u l-possibbiltà li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien. It-tranżizzjonijiet bejn il-livelli u t-tipi ta’ skejjel jista’ jkun mument fejn jinqalgħu problemi iżda jistgħu wkoll jiżvelaw sintomi ta’ kwistjonijiet oħra. Anke l-aċċess għall-edukazzjoni hija kwistjoni għal ħafna żgħażagħ.

Wieħed f’kull għaxar Ewropej jitlaq mill-edukazzjoni jew it-taħriġ mingħajr ma jkollu l-ħiliet u l-kwalifiki li issa huma kkunsidrati meħtieġa għal tranżazzjoni ta’ suċċess fis-suq tax-xogħol u għall-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà tal-lum, li jfisser li jirriskjaw il-qgħad, l-esklużjoni soċjali u l-faqar.

Hemm ħafna raġunijiet għaliex xi żgħażagħ jieqfu mill-edukazzjoni u t-taħriġ qabel iż-żmien: problemi personali jew tal-familja, diffikultajiet ta’ tagħlim, jew sitwazzjoni soċjo-ekonomika fraġli. Madanakollu, il-karatteristiċi tas-sistema tal-edukazzjoni u l-klima fl-iskola huma fatturi importanti wkoll fil-proċess tal-involviment jew l-irtirar tal-istudenti. Il-mogħdijiet jgħaddu minn modi ta’ tagħlim u sitwazzjonijiet differenti, u dan jista’ jkun pożittiv għall-istudenti, jekk dawn il-mogħdijiet ikunu flessibbli u l-ġenituri u l-istudenti jistgħu jagħmlu għażliet infurmati.

Jinħtieġ 'approċċ tal-iskola kollha' fejn il-komunità kollha tal-iskola (mexxejja tal-iskola, staff, studenti, u familji) tkun involuta f’azzjoni koeżiva, kollettiva u kollaborattiva, b’kooperazzjoni qawwija ma’ partijiet interessati esterni u l-komunità inġenerali.

F’din is-sezzjoni ssib artikli u materjal ieħor fuq din it-tema. Aqra aktar fuq din it-tema fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea. Biex tesplora temi oħra, uża l-menù fuq in-naħa ta’ fuq tal-paġna.

Il-kontenut l-aktar reċenti

Links

Inti qed tara l-kontenut iffiltrat skont it-tema:- Sir af dwar opportunitajiet għall-iskejjel u l-għalliema ffinanzjati minn Erasmus+

Żur il-pjattaforma tal-eTwinning għal sħubijiet tal-iskola

Żur Għodda Ewropa għall-Iskejjel u tgħallem aktar dwar l-azzjonijiet li tista' tieħu biex tindirizza t-tluq mill-iskola qabel iż-żmien