L-għarfien u l-espressjoni kulturali

Iż-żgħażagħ għandu jkollhom l-opportunità jiżviluppaw fehim sħiħ ta’ u rispett għal kif l-ideat u t-tifsiriet huma kkomunikati u espressi b’mod kreattiv f’kulturi differenti u permezz ta’ forom differenti tal-midja. Dawn jistgħu jinkludu: testi mitbugħa (kotba, rivisti), siti elettroniċi, it-teatru, films, iż-żfin, logħob, l-arti u d-disinn, u l-mużika.

Il-ħin li jqattgħu l-iskola hija opportunità oħra biex iż-żgħażagħ jiżviluppaw is-sens tal-identità kulturali tagħhom. Huma għanhom bżonn ħiliet biex jesprimu u jinterpretaw ideat, esperjenzi u emozzjonijiet b’mod kreattiv u b’empatija. Dan jista’ jsir permezz ta’ firxa ta’ proċessi (inkluż it-tagħlim transdixxipplinari) u forom tal-mija u mhux biss l-“arti” tradizzjonali.

L-iskejjel jistgħu jikkunsidraw li jaħdmu bi sħab ma’ organizzazzjonijiet esterni sabiex joħolqu varjetà ta’ esperjenzi ta’ tagħlim.

F’din is-sezzjoni ssib artikli u materjali oħra dwar din it-tema. Aqra aktar dwar din it-tema fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea. Biex tesplora temi oħra, uża l-menu tan-naħa ta’ fuq tal-paġna.

Il-kontenut l-aktar reċenti