Kif tagħżel kors ta’ taħriġ tal-għalliema barra mill-pajjiż

Image: Shutterstock/ wavebreak media

Li tattendi kors għall-iżvilupp professjonali huwa l-aktar attività ta’ mobilità popolari fost l-għalliema u staff oħra tal-iskejjel taħt l-ewwel Azzjoni Ewlenija. F’dan it-tutorial inti ssib suġġerimenti utli biex tagħżel korsijiet interessanti u relevanti għalik, jew għall-istaff tal-iskola tiegħek.

It-tutorial jikkumplimenta l-pubblikazzjoni “Erasmus+: Gwida prattika għall-mexxejja tal-iskejjel”, li hija disponibbli f’sitt lingwi.

1 – Kun af għalxiex inti dieħel/dieħla: Il-kontenut tal-kors, il-post u kemm hu twil

X’fih il-kors? Deskrizzjoni ċara tal-kors il-kontenut, l-għanijiet, il-grupp fil-mira u t-tul huma essenzjali meta tkun qed tagħżel kors. Iċċekkja bir-reqqa wkoll kemm jiswa t-taħriġ u x’hemm inkluż fih (p.eż. l-ikel, l-akkomodazzjoni, u/jew programm soċjali).

Żgura li l-kors huwa mmexxi skont ir-regoli tal-eliġibilità deskritti fil-Gwida tal-Programm tal-Erasmus+, inkluż pereżempju l-organizzazzjonijiet li qed jipparteċipaw, il-post u t-tul tal-kors (ara ‘l-Eliġibilità tal-kriterji’).

2 – Didattiċi innovattivi biex jappoġġjaw il-Pjan ta’ Żvilupp Ewropew

Żomm l-iżvilupp professjonali f’moħħok! Agħżel kors li jipprovdi lill-parteċipanti b’ħiliet professjonali innovattivi u prattiċi. Il-kors/korsijiet magħżula jeħtieġ li jappoġġjaw l-għanijiet tal-Pjan ta’ Żvilupp Ewropew tal-iskola u l-bżonnijiet speċifiċi tal-iżvilupp professjonali fi ħdanha.

Meta tagħżel kors, ikkunsidra wkoll l-aspetti bħal:

  • il-bilanċ bejn it-teorija u l-prattika (‘attivitajiet’ prattiċi);
  • il-firxa ta’ metodi użati biex jinvolvu lill-parteċipanti;
  • il-flessibilità u l-ħtiġijiet tal-parteċipanti jekk meħtieġa (p.eż. il-livelli tal-kompetenzi, punti ta’ interess speċjali);
  • l-użu addattat tal-ICT waqt il-kors; u
  • l-esperjenza ta’ min iħarreġ.

Sir af ukoll jekk il-kors jinkludix attivitajiet ta’ qabel il-kors jew ta’ segwitu li jistgħu jestendu t-tagħlim fuq perjodu itwal ta’ żmien u jimmassimizzaw il-benefiċċju miksub.

3 – Dimensjoni Ewropea: il-valur miżjud ta’ korsijiet Ewropej

Ibbenefika kemm tista’ mill-esperjenza Ewropea! Kors Ewropew huwa opportunità tajba biex l-għalliema jiltaqgħu u jitħalltu mal-pari tagħhom minn pajjiżi differenti. Ġeneralment, aktar ma jkun hemm nazzjonalitajiet, aktar tkun rikka l-esperjenza tal-kors. Kors tajjeb jinkoraġġixxi l-qsim u l-iskambju tal-prattika bejn il-parteċipanti u jikkontribwixxi lejn fehim usa’ tal-edukazzjoni madwar l-Ewropa. Dan jimplika wkoll li l-iskejjel m’għandhomx jibagħtu gruppi kbar għal kors wieħed. Iċċekkja mal-fornitur tal-kors jekk il-kors jinkludix parteċipanti minn pajjiżi oħra u kif inhu organizzat il-qsim tal-prattika.

4 – Opportunitajiet għall-kollaborazzjoni tal-għalliema u l-eTwinning

Inti diġà familjari mal-eTwinning, jew tixtieq issir taf dwaru? Kull kors Ewropew huwa wkoll seminar tal-bini ta’ kuntatti, li matulu l-parteċipanti jibdew jiżviluppaw proġetti Ewropej oħra. L-eTwinning huwa mod tajjeb ħafna biex l-għalliema minn pajjiżi differenti jaħdmu flimkien fuq proġetti kollaborattivi. Huwa joffri lill-għalliema u lill-iskejjel tagħhom opportunitajiet fl-oqsma tan-netwerking, il-komunikazzjoni bejn il-pari u l-parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ tagħlim u proġetti kollaborattivi wara l-kors. Ara kif l-eTwinning u l-iskambju bejn il-pari jista’ jiġi kkunsidrat fil-programm tal-kors.

5 – Tinsiex iċ-ċertifikat tiegħek!

Kif ser jiġu rikonoxxuti l-ħiliet il-ġodda tiegħek? Li jirċievu ċertifikat addattat huwa utli għall-iżvilupp tal-karriera tal-parteċipanti. Il-fornitur tal-kors irid jipprovdi ċertifikat ta’ attendenza u l-użu tal-Mobilità tal-Europass hija inkoraġġita: il-parteċipanti jeħtieġ jitolbu l-Mobilità tal-Europass mill-maċ-Ċentru Nazzjonali tal-Europass tagħha tagħhom li mbagħad timtela mill-organizzaturi tal-kors.

6 – L-aħħar, iżda mhux l-inqas…

Jista’ jkun utli li ssir taf jekk:

  • bżonnijiet speċjali (p.eż. nuqqas ta’ mobilità) humiex ikkunsidrati (jekk ikunu meħtieġa)?
  • Il-post tat-taħriġ u t-tagħmir disponibbli humiex skont il-kontenut imwiegħed?
  • X’qalu l-parteċipanti preċedenti dwar il-kors?
  • Il-proċess tal-applikazzjoni għall-kors huwa faċli?
  • Huwa organizzat programm soċjali jew kulturali għall-parteċipanti?
  • Huwa possibbli li l-kors ikun ikkanċellat jew skedat mill-ġdid?
  • X’tip ta’ politika ta’ kanċellazzjoni għandhom il-fornituri tal-kors?

Lest/a biex issib kors? Mur fuq l-Erasmus+ issa Katalgu tal-Kors!