Kif toħloq kont tal-Login tal-UE

Image by: geralt/pixabay.com

Fl-2022, il-pjattaformi ta’ School Education Gateway u tal-eTwinning tal-Kummissjoni Ewropea se jingħaqdu fil-Pjattaforma tal-Edukazzjoni tal-Iskejjel Ewropej; il-kontenut u s-servizzi kollha se jkunu taħt saqaf wieħed. Il-Pjattaforma tal-Edukazzjoni tal-Iskejjel Ewropej se tkun aċċessibbli permezz ta’ Login tal-EU, is-servizz tal-awtentikazzjoni tal-utenti tal-Kummissjoni Ewropea. Din it-tutorial se tiggwidak fil-ħolqien tal-kont tal-Login tal-UE tiegħek, li jippermetti lill-utenti awtorizzati jaċċessaw firxa wiesgħa ta’ servizzi tal-web tal-Kummissjoni billi jużaw indirizz elettroniku u password wieħed.

Jekk jogħġbok innota li se tkun tista’ tuża l-Login tal-EU għall-Pjattaforma tal-Edukazzjoni tal-Iskejjel Ewropej biss ladarba tkun tnediet. Sadanittant, jekk jogħġbok kompli uża l-kont kurrenti tiegħek biex tidħol fil-pjattaformi tal-eTwinning u School Education Gateway.

Jekk jogħġbok innota li ma għadux possibbli tbiddel l-indirizz elettroniku marbut mal-kont eżistenti tiegħek tal-eTwinning/School Education Gateway. Żgura li l-kont tiegħek tal-Login tal-UE għandu l-istess indirizz elettroniku bħall-kont tiegħek tal-eTwinning/School Education Gateway. Għal aktar informazzjoni ikkuntattja lill-NSO tiegħek.

Oħloq kont tal-Login tal-UE

Jekk għad ma għandekx kont tal-Login tal-UE, ikklikkja hawn biex toħloq kont ġdid.

Imla l-informazzjoni kollha fil-formola.

Importanti! Biex tissinkronizza l-kont tal-Pjattaforma tal-Edukazzjoni tal-Iskejjel Ewropej mal-kont tal-eTwinning/School Education Gateway, meta toħloq kont tal-Login tal-EU, trid tipprovdi l-istess indirizz elettroniku li użajt meta rreġistrajt għall-eTwinning/School Education Gateway. Ara hawn taħt dwar kif tiċċekkja liema indirzz elettroniku jintuża fil-kont tiegħek.

Ikklikkja fuq “Oħloq kont” biex tipproċedi.

Creat an account

Jekk il-formola timtela b’mod korrett, tirċievi ittra elettronika ta’ konferma fil-posta riċevuta tiegħek. Jekk ma tistax issib l-ittra elettronika, iċċekkja l-fowlder tal-ispam.

Ikklikkja fuq il-link fl-ittra elettronika jew ikkopjaha u ppejstjaha fl-istrixxa tal-indirizz tal-browser tiegħek.

Issa tista’ tissettja password għall-kont tiegħek tal-Login tal-EU.

L-indirizz eletrroniku ma jistax jinbidel f’dan l-istadju.

Meta tkun lest/, ikklikkja fuq “Issottometti”.

Creat an account

Għal utenti li diġà għandhom kont eżistenti ta’ Login tal-UE

Jekk diġà għandek kont tal-Login tal-UE, ma’ għandekx bżonn toħloq wieħed ġdid.

Madankollu, għandek tikkonferma li l-indirizz elettroiku fil-kont tal-Login tal-UE tiegħek huwa l-istess bħal fil-kont tal-eTwinning/School Education Gateway tiegħek.

Jekk l-indirizzi elettroniku mhumiex l-istess, dawn huma l-istruzzjonijiet dwar kif taġġorna l-indirizz elettroniku konness mal-kont tiegħek tal-eTwinning/School Education Gateway.

Biex tibdel l-indirizz elettroniku tal-eTwinning jew biex tiċċekkjah:

Biex tbiddel l-indirizz elettroniku ta' School Education Gateway jew biex tiċċekkjah:

  • Idħol f’School Education Gateway bil-kont tiegħek
  • Mur fuq “Il-profil tiegħi” (billi tikklikkja fuq ismek)
  • Ikklikkja “Editja l-profil”, agħmel il-bidliet, u kklikkja “Issejvja”.

Kif tidħol bil-Login tal-EU?

Jekk jogħġbok innota li se tkun tista’ tuża l-Login tal-EU għall-Pjattaforma Tal-Edukazzjoni tal-Iskejjel Ewropej ladarba titnieda.

Sadanittant, tista’ tipprova l-kont il-ġdid tiegħek tal-Login tal-UE għal waħda minn dawn il-pjattaformi l-oħra tal-UE. L-indirizz elettroniku u l-password biex tidħol f’dawn il-pjattaformi tkun dejjem il-Login tal-UE tiegħek. Madankollu, tista’ tintalab toħloq profil hemmhekk meta żżur għall-ewwel darba:

Informazzjoni ulterjuri

Għal aktar informazzjoni dettaljata dwar il-Login tal-UE, jekk jogħġbok ara l-Mistoqsijiet Komuni hawnhekk (taħt “Ma naħdimx għal istituzzjoni Ewropea”).

Jekk wara li taqra l-istruzzjonijiet, ikollok problema bil-Login tal-UE, tista’ tirreġistra inċident billi tikkuntattja l-Appoġġ Estern tal-Login tal-UE bl-email: EU-LOGIN-EXTERNAL-SUPPORT@ec.europa.eu. Għal aktar informazzjoni żur din il-paġna.

Jekk għandek problema bil-kont tal-eTwinning tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Organizzazzjoni t’Appoġġ Nazzjonali ta’ pajjiżek.

Jekk għandek problema bil-kont tiegħek ta’ School Education Gateway, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-helpdesk ta’ School Education Gateway.

Tags: