1. Il-governanza tal-iskejjel

1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel

L-iskejjel li jixtiequ jadottaw “approċċ skolastiku sħiħ” biex jindirizzaw ċerti kwistjonijiet kumplessi jeħtieġ jinvolvu ruħhom sistematikament fl-ippjanar strateġiku kollaborattiv. Dawn iridu joħolqu proċess biex jiġbru l-attivitajiet kollha tagħhom fi pjan koerenti u biex isegwu u jevalwaw il-progress tagħhom. Il-pjan tal-iżvilupp/titjib tal-iskola jservi bħala dokument ta’ referenza li jiggwida l-attivitajiet tal-iskola u jiffaċilita l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom stess. Bħala pjan strateġiku, dan għandu jistabbilixxi b’mod ċar u sempliċi l-prijoritajiet tal-iskola, il-miżuri ewlenin li din se tieħu biex ittejjeb l-istandards, ir-riżorsi meħtieġa, u r-riżultati u l-miri ewlenin li beħsiebha tilħaq fi żmien speċifiku.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

L-AWTOEVALWAZZJONI TAL-ISKOLA PRIMARJA ELIOT BANKL-AWTOEVALWAZZJONI TAL-ISKOLA PRIMARJA ELIOT BANK

Il-UK Ofsted (spettorat tal-iskejjel) jagħti r-raġunijiet għall-prestazzjoni konsistentement tajba ħafna tal-iskola primarja Eliot Bank. Din żviluppat sistemi sodi għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni b'mod li tkun taf x'jaħdem tajjeb u x'jista' jkun aħjar. Il-proċess ta' evalwazzjoni tal-iskola jinkludi firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati u strateġiji, iżda dejjem baqa' ffukat fuq li l-istudenti jiksbu l-ogħla suċċessi possibbli. Dak li toffri l-iskola jinbidel kontinwament biex jonqos id-distakk tas-suċċess ta' dawk l-istudenti f'riskju li ma jilħqux il-livelli mistennija fl-età tagħhom.

Qasam: 1. Il-governanza tal-iskejjel

Suberja: 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Renju Unit

L-innovazzjoni tal-iskejjel fl-Ewropa: il-promozzjoni tal-istima personali u ħiliet tal-ħsieb ta’ ordni ogħla tal-istudenti permezz ta’ innovazzjoni fil-kurrikuli fl-Iskola Primarja tal-Komunità ta’ Willenhall

L-approċċ tal-iskola għat-tagħlim u għall-apprendiment huwa bbażat fuq il-ksib ta’ eċċellenza edukattiva u s-suċċess għall-istudenti kollha. L-iskola żviluppat kurrikulu stimulanti li jfittex li jipprovdi lill-istudenti tagħha fehim tal-proċessi tal-apprendiment li jkunu involuti fihom (metakonjizzjoni) – u jibni t-twemmin fihom infushom. L-għoti ta’ tagħlim speċjalizzat f’ċerti oqsma ta’ suġġetti (ix-xjenza, il-mużika, l-arti, l-edukazzjoni fiżika) huwa element prinċipali f’dan il-proċess, hekk kif inhu l-iżvilupp tat-tagħlim tal-matematika fl-iskola (għall-istudenti tas-6 grad). It-tagħlim tal-filosofija lill-istudenti kollha huwa wkoll element vitali fl-iżvilupp tal-ħiliet tal-ħsieb, tar-reżiljenza u tal-kunfidenza personali tal-istudenti. L-innovazzjoni fil-kurrikulu titwettaq fuq inizjattiva tal-iskola, li taħdem f’kooperazzjoni mas-sħab tal-Federazzjoni tagħha fl-Iskola Primarja ta’ Whitmore Park. Il-persunal kollu, il-korp governattiv, l-istudenti u l-ġenituri spiss jiġu kkonsultati u jsiru parti mill-proċess tal-iżvilupp fil-kurrikulu, u l-iskola tingaġġa ħafna mas-sħab tal-komunità fl-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ apprendiment usa’.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel; 1.3. It-tmexxija tal-iskejjel; 1.4. Il-koperazzjoni fis-sistemi edukattivi; 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri; 2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom; 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.2. Il-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-ħajja tal-iskola; 3.4. Il-kurrikulu u l-mogħdijiet tat-tagħlim; 3.11. Appoġġ immirat: Sfond soċjoekonomiku żvantaġġat; 4.1. Komunikazzjoni u informazzjoni; 4.2. L-involviment tal-ġenituri fit-tmexxija tal-iskejjel; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi; 5.1. Timijiet multidixxiplinari; 5.2. In-netwerks tal-partijiet interessati; 5.3. Sħubijiet: L-impjegaturi u n-negozji; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Renju Unit

L-innovazzjoni tal-iskejjel fl-Ewropa: innovazzjoni tal-kurrikuli għal ambjent tal-apprendiment ta’ appoġġ fl-Iskola President Kennedy f’Coventry

Il-filosofija tal-iskola fir-rigward tat-tagħlim u tal-apprendiment hija ffukata fuq il-fehim attiv tal-istudenti u l-parteċipazzjoni fil-proċess tal-apprendiment. Il-kurrikulu tal-iskola huwa bbażat fuq il-prinċipji tal-progress u l-koerenza.
“Il-Pont” huwa wieħed mill-prinċipji innovattivi ewlenin implimentati fl-iskola. Dan jikkonsisti minn innovazzjoni tal-kurrikulu stabbilita biex tipprovdi ambjent ta’ apprendiment ta’ appoġġ u konduttiv għal studenti li deħlin fl-edukazzjoni sekondarja tal-età ta’ 11-il sena. L-apprendiment huwa bbażat fuq proġetti u mogħti minn timijiet ta’ għalliema minn oqsma differenti tal-kurrikulu, li jippermetti lill-istudenti jingaġġaw ma’ numru żgħir ta’ għalliema, u jaħdmu fuq objettivi tal-apprendiment definiti b’mod ċar u koeżivi. Il-ħames prinċipji li jirfdu l-Pont huma: Kisba; Appartenenza; Ċelebrazzjoni; Dixxiplina; Arrikkiment; L-istudenti jingħataw is-setgħa ta’ studenti indipendenti – matul iż-żmien tagħhom fl-iskola – u wara. Sistema tal-premjijiet tippermetti lill-istudenti jiksbu punti għal premjijiet fi tmiem is-sena.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel; 1.3. It-tmexxija tal-iskejjel; 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri; 2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom; 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.2. Il-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-ħajja tal-iskola; 3.4. Il-kurrikulu u l-mogħdijiet tat-tagħlim; 3.5. It-tagħlim u l-assessjar; 4.1. Komunikazzjoni u informazzjoni; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Renju Unit

MiCREATE – Tfal Migranti u Komunitajiet f’Ewropa li Qed Tinbidel

L-objettiv tal-proġett MiCREATE huwa li jħeġġeġ l-inklużjoni ta’ gruppi diversi ta’ tfal migranti billi jiġi adottat approċċ iċċentrat fuq it-tfal għall-integrazzjoni ta’ tfal migranti fil-livell ta’ edukazzjoni u politika. B’riżultat tal-ħtieġa li l-politiki eżistenti dwar l-integrazzjoni jiġu rieżaminati, il-proġett tar-riċerka għandu l-mira li jeżamina b’mod komprensiv il-proċessi kontemporanji tal-integrazzjoni ta’ tfal migranti biex tittejjeb l-aġenzija, il-parteċipazzjoni, u l-benesseri tagħhom.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel; 1.3. It-tmexxija tal-iskejjel; 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.2. Il-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-ħajja tal-iskola; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 3.9. Rifuġjati, migranti u Roma

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EN; ES; ET; FI; FR; GA; HR; HU; IS; IT; LT; MK; MT; NL; NO; PL; PT; RO; SK; SL; SR; SV; TR

Pajjiż: Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

Preventing School Failure: Eżami tal-potenzjal ta’ politiki ta’ edukazzjoni inklużiva fil-livelli tas-sistema u tal-individwali

Il-proġett Preventing School Failure (PSF) kellu l-għan li jindirizza n-nuqqas ta’ inklużjoni u ġustizzja fis-sistema edukattiva, billi jenfasizza r-rabta bejn il-falliment fl-iskola u l-politiki inklużivi. Huwa kellu l-għan li jeżamina l-evidenza biex jissuġġerixxi li l-politiki tal-edukazzjoni inklużiva għandhom il-potenzjal li jipprevjenu l-falliment fl-iskola – kemm fir-rigward tal-individwi kif ukoll fis-sistema ġenerali. 

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 3. Appoġġ lill-istudenti; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel; 3.4. Il-kurrikulu u l-mogħdijiet tat-tagħlim; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 3.11. Appoġġ immirat: Sfond soċjoekonomiku żvantaġġat; 5.2. In-netwerks tal-partijiet interessati; 5.3. Sħubijiet: L-impjegaturi u n-negozji; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; GA; HR; HU; IS; IT; LT; LV; MK; MT; NL; NO; PL; PT; RO; SK; SL; SR; SV; TR

Pajjiż: Estonja; Finlandja; Greċja; Irlanda; Islanda; Latvja; Malta; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Serbia; Slovakja; Svezja; Ġermanja

Raising the Achievement of all Learners in Inclusive Education

Il-proġett “Raising the Achievement of All Learners in Inclusive Education” (RA) kellu l-għan li jipprovdi evidenza ta’ prattika effettiva fiż-żieda tal-kisbiet u l-bini tal-kapaċità tal-iskejjel u l-komunitajiet biex jinkludu u jappoġġjaw lill-istudenti kollha.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel; 1.3. It-tmexxija tal-iskejjel; 1.4. Il-koperazzjoni fis-sistemi edukattivi; 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 3.4. Il-kurrikulu u l-mogħdijiet tat-tagħlim; 3.5. It-tagħlim u l-assessjar; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi; 5.2. In-netwerks tal-partijiet interessati; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; GA; HR; HU; IS; IT; LT; LV; MK; MT; NL; NO; PL; PT; RO; SK; SL; SR; SV; TR

Pajjiż: Awstrija; Belġju; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Svizzera; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

SETT TA' GĦODOD GĦAT-TMEXXIJA EDUKATTIVA

In-Netwerk Ewropew għall-Politika dwar it-Tmexxija Edukattiva- EPNoSL żviluppa għodda għar-riflessjoni fuq, l-identifikazzjoni ta' sfidi u l-prijoritizzazzjoni ta' oqsma għal azzjoni politika sabiex it-tmexxija edukattiva tiġi appoġġjata u mtejba għall-ekwità u t-tagħlim. Din tindirizza lil dawk li jfasslu l-politika, lill-awtoritajiet tal-iskejjel, lill-atturi tal-iskejjel, lir-riċerkaturi u lill-istituti għat-taħriġ fit-tmexxija. Is-Sett ta' Għodod għat-Tmexxija Edukattiva huwa mfassal biex jgħin fl-analiżijiet tal-modi differenti li politiki u programmi dwar it-tmexxija edukattiva jaħdmu flimkien u jinfluwenzaw il-kapaċità totali tal-mexxeja tal-iskejjel u l-iskejjel tagħhom sabiex jiġu indirizzati sfidi ta' ekwità u tagħlim fl-iskejjel tagħhom b'mod effettiv u persistenti. Dan jikkonsisti f'firxa ta' materjali utli, vidjows, studji tal-każijiet u għodod dwar aspetti differenti tat-tmexxija edukattiva.

Qasam: 1. Il-governanza tal-iskejjel

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel; 1.3. It-tmexxija tal-iskejjel; 1.4. Il-koperazzjoni fis-sistemi edukattivi

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Albanija; Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Maċedonja ta' Fuq; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Rumanija; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Turkija; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

Skejjel li Jirrispettaw id-Drittijiet (RRS)

Skejjel li Jirrispettaw id-Drittijiet (Rights Respecting Schools - RRS) huwa approċċ immexxi minn UNICEF-UK li jintegra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC) bħala approċċ tal-iskola kollha għall-edukazzjoni dwar id-drittijiet tat-tfal. L-għan ġenerali tal-approċċ huwa li joħloq ambjent ta' skola li huwa kkaratterizzat mill-parteċipazzjoni, l-inklużjoni, u s-sigurtà, fejn jiġi żgurat ir-rispett lejn kull membru tal-komunità tal-iskola. Is-Sett ta' Għodod tal-UNICEF għall-Edukazzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRE) jipprovdi gwida dwar kif skola tista' ssir Skola li Tirrispetta d-Drittijiet. L-iskejjel jadattaw l-approċċ RRS għall-kuntest tagħhom. L-approċċ jinfluwenza r-relazzjonijiet bejn kull attur fl-ambjent tal-iskola u huwa applikabbli fi kwalunkwe kuntest ta' skola. Il-qafas spjegat fis-sett ta' għodod tal-RRS huwa intenzjonat li jipprovdi prinċipju organizzattiv ċentrali għall-iskola kollha u, b'estensjoni, għall-familji u l-komunità li fiha tinsab l-iskola. Hemm tliet fażijiet ta' żvilupp. It-tieni u t-tielet fażi (Livelli 1 u 2) huma simili. L-għan huwa li jiġi eżegwit il-pjan ta' azzjoni li jkun żviluppat waqt il-fażi Rikonoxximent tal-Impenn sabiex jintlaħqu l-erba' standards tal-RRSA: 1. Valuri li jirrispettaw id-drittijiet huma l-bażi tat-tmexxija u l-maniġment 2. Il-komunità kollha tal-iskola titgħallem dwar CRC 3. L-iskola għandha spirtu ta' rispett lejn id-drittijiet 4. It-tfal jingħataw is-setgħa biex isiru ċittadini u studenti attivi.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel; 1.3. It-tmexxija tal-iskejjel; 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri; 2.4. Il-benesseri tal-għalliema; 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.2. Il-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-ħajja tal-iskola; 4.1. Komunikazzjoni u informazzjoni; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Renju Unit

Supporting Inclusive School Leadership (SISL)

Il-proġett Supporting Inclusive School Leadership (SISL) investiga kif tippromwovi tmexxija inklużiva fil-livell tal-iskola u pprovda għodod ta’ appoġġ. Il-proġett qies li t-tmexxija għall-edukazzjoni inklużiva kellha l-għan li tikseb parteċipazzjoni sħiħa f’opportunitajiet ta’ tagħlim sinifikanti, kisba kbira u benesseri għall-istudenti kollha, inklużi dawk l-aktar vulnerabbli għall-esklużjoni.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel; 1.3. It-tmexxija tal-iskejjel; 1.4. Il-koperazzjoni fis-sistemi edukattivi; 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri; 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.2. Il-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-ħajja tal-iskola; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi; 5.1. Timijiet multidixxiplinari; 5.2. In-netwerks tal-partijiet interessati; 5.3. Sħubijiet: L-impjegaturi u n-negozji; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; GA; HR; HU; IS; IT; LT; LV; MK; MT; NL; NO; PL; PT; RO; RU; SK; SL; SR; SV; TR

Pajjiż: Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Svizzera; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

Urir r-riżultati 10 li jmiss