2. L-għalliema

2.4. Il-benesseri tal-għalliema

Il-benesseri tal-għalliema hija stat emozzjonali pożittiv li jlaqqa’ l-ħtiġijiet u l-aspettattivi personali tal-istudenti u tal-għalliema. Il-benesseri tal-għalliema u s-sodisfazzjon fix-xogħol jinfluwenzaw bil-qawwa l-imġiba tal-għalliema u jintrabtu sew mal-klima fl-iskola u fil-klassijiet u mal-kisbiet tal-istudenti. Ir-riċerka turi wkoll relazzjoni ċara bejn il-motivazzjoni tal-għalliema u l-prestazzjoni u l-benesseri tal-istudenti. Barra minn hekk, il-benesseri tal-għalliema hija marbuta mal-perseveranza tal-għalliema kwalifikati ħafna, li hi tassew importanti għall-iskejjel tal-istudenti bi ħtiġijiet kbar. Il-benesseri u l-effikaċja proprja tal-għalliema jgħinu wkoll biex jiġi evitat it-tluq bikri mill-iskola, għalhekk hu kruċjali li l-għalliema jirċievu l-appoġġ li għandhom bżonn.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

Skejjel li Jirrispettaw id-Drittijiet (RRS)

Skejjel li Jirrispettaw id-Drittijiet (Rights Respecting Schools - RRS) huwa approċċ immexxi minn UNICEF-UK li jintegra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC) bħala approċċ tal-iskola kollha għall-edukazzjoni dwar id-drittijiet tat-tfal. L-għan ġenerali tal-approċċ huwa li joħloq ambjent ta' skola li huwa kkaratterizzat mill-parteċipazzjoni, l-inklużjoni, u s-sigurtà, fejn jiġi żgurat ir-rispett lejn kull membru tal-komunità tal-iskola. Is-Sett ta' Għodod tal-UNICEF għall-Edukazzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRE) jipprovdi gwida dwar kif skola tista' ssir Skola li Tirrispetta d-Drittijiet. L-iskejjel jadattaw l-approċċ RRS għall-kuntest tagħhom. L-approċċ jinfluwenza r-relazzjonijiet bejn kull attur fl-ambjent tal-iskola u huwa applikabbli fi kwalunkwe kuntest ta' skola. Il-qafas spjegat fis-sett ta' għodod tal-RRS huwa intenzjonat li jipprovdi prinċipju organizzattiv ċentrali għall-iskola kollha u, b'estensjoni, għall-familji u l-komunità li fiha tinsab l-iskola. Hemm tliet fażijiet ta' żvilupp. It-tieni u t-tielet fażi (Livelli 1 u 2) huma simili. L-għan huwa li jiġi eżegwit il-pjan ta' azzjoni li jkun żviluppat waqt il-fażi Rikonoxximent tal-Impenn sabiex jintlaħqu l-erba' standards tal-RRSA: 1. Valuri li jirrispettaw id-drittijiet huma l-bażi tat-tmexxija u l-maniġment 2. Il-komunità kollha tal-iskola titgħallem dwar CRC 3. L-iskola għandha spirtu ta' rispett lejn id-drittijiet 4. It-tfal jingħataw is-setgħa biex isiru ċittadini u studenti attivi.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel; 1.3. It-tmexxija tal-iskejjel; 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri; 2.4. Il-benesseri tal-għalliema; 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.2. Il-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-ħajja tal-iskola; 4.1. Komunikazzjoni u informazzjoni; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Renju Unit