2.4. Il-benesseri tal-għalliema
Il-benesseri tal-għalliema hija stat emozzjonali pożittiv li jlaqqa’ l-ħtiġijiet u l-aspettattivi personali tal-istudenti u tal-għalliema. Il-benesseri tal-għalliema u s-sodisfazzjon fix-xogħol jinfluwenzaw bil-qawwa l-imġiba tal-għalliema u jintrabtu sew mal-klima fl-iskola u fil-klassijiet u mal-kisbiet tal-istudenti. Ir-riċerka turi wkoll relazzjoni ċara bejn il-motivazzjoni tal-għalliema u l-prestazzjoni u l-benesseri tal-istudenti. Barra minn hekk, il-benesseri tal-għalliema hija marbuta mal-perseveranza tal-għalliema kwalifikati ħafna, li hi tassew importanti għall-iskejjel tal-istudenti bi ħtiġijiet kbar. Il-benesseri u l-effikaċja proprja tal-għalliema jgħinu wkoll biex jiġi evitat it-tluq bikri mill-iskola, għalhekk hu kruċjali li l-għalliema jirċievu l-appoġġ li għandhom bżonn.
Filwaqt li r-riċerka riċenti dwar il-benesseri tal-għalliema ħafna drabi ffukat fuq aspetti negattivi bħall-istress jew l-eżawriment, din ir-riċerka tindika wkoll kemm dan is-suġġett hu importanti għat-taħriġ inizjali u kontinwu tal-għalliema. Il-benesseri tal-għalliema ma tistax tinkiseb biss bil-parteċipazzjoni fi gruppi ta’ ħidma jew taħriġ. Il-benesseri tal-persunal tista’ titjieb bi proċess fit-tul, li jeħtieġ riflessjoni, approċċ konsistenti u li jiddaħħlu prattiċi aktar kostruttivi u li dawn jiġu ttestjati kif xieraq. Bażikament din tinvolvi l-interazzjoni ta’ diversi fatturi:
- Kultura ta’ appoġġ fl-iskola: jitjiebu il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema hu ferm importanti għall-benesseri u s-sodisfazzjon tagħhom kif ukoll għas-suċċess tal-istudenti. Hu importanti li l-għalliema jingħataw il-ħin u l-spazju xieraq għal ħidma kollaborattiva. Kultura kollaborattiva tinvolvi appoġġ reċiproku, il-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni attiva fid-deċiżjonijiet tal-iskola u kultura ta’ fiduċja bbażata fuq il-valuri komuni. Barra minn hekk, klima pożittiva fl-iskola hija kkaratterizzata minn valutazzjoni, awtonomija, inkoraġġiment, kolleġġjalità, fiduċja, inkoraġġiment u tmexxija amministrattiva. Li kulħadd ikun parti minn komunità professjonali tat-tagħlim ibbażata fuq kollaborazzjonijiet fl-iskejjel u fuq netwerks ma’ skejjel oħra u mal-komunità hu vitali għall-motivazzjoni u l-perseveranza tal-għalliema. Id-diretturi tal-iskejjel u l-istili tat-tmexxija, il-valuri, il-personalità u l-azzjonijiet tagħhom għandhom ukoll rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-benesseri tal-għalliema.
- Il-professjonalizzazzjoni tal-għalliema: ir-riċerka turi rabta soda bejn il-professjonalità tal-għalliema u l-istatus, l-effikaċja meħtieġa u l-benesseri perċepiti tal-għalliema. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema tipprovdi bażi soda għall-benesseri tal-għalliema u hi rilevanti għall-perseveranza tal-għalliema fil-professjoni. L-iżvilupp professjonali kontinwu (CPD) jaqdi rwol kruċjali biex jitjiebu l-prestazzjoni, l-impenn u s-sodisfazzjon tal-għalliema fix-xogħol. Ir-relazzjonijiet tal-mentoraġġ kollaborattiv huma relatati ferm mas-sodisfazzjon fix-xogħol, il-motivazzjoni, l-effikaċja meħtieġa, il-benesseri u l-perseveranza tal-għalliema, u għalhekk il-mentors tal-esperjenza jridu jintgħażlu bir-reqqa. Anki n-netwerks tal-pari tal-għalliema jolqtu l-benesseri.
- Relazzjonijiet pożittivi bejn l-għalliema u l-istudenti: relazzjonijiet tajbin bejn l-għalliema u l-istudenti huma kundizzjoni bażika li hi meħtieġa mhux biss għas-suċċess tal-istudenti iżda anki għall-benesseri tal-għalliema. Jekk ir-relazzjonijiet bejn l-għalliema u l-istudenti jkunu tajbin, dan jgħin fil-motivazzjoni intrinsika tal-għalliema. Dawn ir-relazzjonijiet jistgħu jippremjaw intrinsikament lill-għalliema u jżidu l-motivazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, ir-relazzjonijiet tajbin mal-istudenti ma jgħinux biss biex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ inkwiet, iżda anki biex titjieb il-benesseri tal-għalliema.
Aktar informazzjoni:
Beaudoin, M.N., ’Respect-Where Do We Start?’. Promoting Respectful Schools, Vol. 69, Nru 1, 2011, pp. 40-44.
Blömeke, S, Hoth, J, Döhrmann, M, Busse, A, Kaiser, G., König, J., ’Teacher Change During Induction’, International Journal of Science and Mathematics Education, Vol. 13, Nru 2, 2015, pp. 287-308. doi:10.1007/s10763-015-9619-4
Brouwer, C., ’Determining Long Term Effects of Teacher Education’, F’Peterson, P., Baker, E., McGaw, B. (eds.), International Encyclopedia of Education, Elsevier, Amsterdam, 2010, pp. 503-510.
Day, L., Mozuraityte, N., Redgrave, K., McCoshan, A., Preventing early school leaving in Europe - Lessons learned from second chance education, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2013.
Downes, P., ’Prevention of early school leaving through teacher education: Some European perspectives’, Fi: Rabensteiner, P u Rabensteiner, G. (ed.), Internationalization in Teacher Education, il-Ġermanja, 2014, pp. 17-31.
Durksen, T; Klassen, R., ’Professional Relationships Influence Preservice Teacher Success’. ASCD Express, Vol. 7, Nru 10, 2012.
Emerick, S., Hirsch, E., Berry, B., ’Teacher Working Conditions as Catalysts for Student Learning’, Conditions for Learning, Nru 43, 2005.
Engels, N., Aelterman,A., Van Petegem, K. u Schepens, A., ’Factors which influence the well-being of pupils in Flemish secondary schools’, Educational Studies, Vol. 30, Nru 2, pp. 127 – 143 http://dx.doi.org/10.1080/0305569032000159787.
Il-Kummissjoni Ewropea, Developing coherent and system-wide induction programmes for beginning teachers: a handbook for policymakers, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2010.
Il-Kummissjoni Ewropea, Supporting teacher competence development for better learning outcomes, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2013.
Il-Kummissjoni Ewropea, Strengthening teaching in Europe: New evidence from teachers compiled by Eurydice and CRELL, Ġunju 2015, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2015.
Fernández-Batanero, J., ’Strategies for inclusion in the face of social exclusion: Case study in Andalusia (Spain)’, European Journal of Special Needs Education, Vol. 29, Nru 3, 2014, pp. 415-428. doi:10.1080/08856257.2014.906978
Hobson, A., Ashby, P., ’Reality aftershock and how to avert it’, Cambridge Journal of Education, Vol, 42, Nru 2, 2012, pp. 177-196. doi:10.1080/0305764X.2012.676628.
Jimerson, S., Haddock, A., ’Understanding the importance of teachers in facilitating student success: Contemporary science, practice, and policy’, School psychology quarterly the official journal of the Division of School Psychology, American Psychological Association, Vol. 30, Nru 4, 2015, pp. 488-493. doi:10.1037/spq0000134.
OECD, Supporting Teacher Professionalism: Insights from TALIS 2013, il-Pubblikazzjoni tal-OECD, Pariġi, 2016.
Pillay, H., Goddard, R., Wilss, L., ’Well-being, burnout and competence: Implications for teachers’, Australian Journal of Teacher Education, Vol. 30, Nru 2, 2005, pp. 22-33. doi: 10.14221/ajte.2005v30n2.3
Schleicher, A., Teaching Excellence through Professional Learning and Policy Reform, il-Pubblikazzjoni tal-OECD, Pariġi, 2016.
Shank, M., ’Common Space, Common Time, Common Work’. Supporting New Educators, Vol. 62, Nru 8, 2005, pp. 16-19.
Spilt, J., Koomen, H., Thijs, J., ’Teacher Wellbeing: The Importance of Teacher-Student Relationships’. Educational Psychology Review, Vol. 23, Nru 4, 2011, pp. 457-477. doi:10.1007/s10648-011-9170-y.
Webb, R., Vulliamy, G., Sarja, A., Hämäläinen, S., Poikonen, P., ’Professional learning communities and teacher well‐being? A comparative analysis of primary schools in England and Finland’, Oxford Review of Education, Vol. 35, Nru 3, 2009, pp. 405-422. doi:10.1080/03054980902935008.