2. L-għalliema

2.4. Il-benesseri tal-għalliema

Il-benesseri tal-għalliema hija stat emozzjonali pożittiv li jlaqqa’ l-ħtiġijiet u l-aspettattivi personali tal-istudenti u tal-għalliema. Il-benesseri tal-għalliema u s-sodisfazzjon fix-xogħol jinfluwenzaw bil-qawwa l-imġiba tal-għalliema u jintrabtu sew mal-klima fl-iskola u fil-klassijiet u mal-kisbiet tal-istudenti. Ir-riċerka turi wkoll relazzjoni ċara bejn il-motivazzjoni tal-għalliema u l-prestazzjoni u l-benesseri tal-istudenti. Barra minn hekk, il-benesseri tal-għalliema hija marbuta mal-perseveranza tal-għalliema kwalifikati ħafna, li hi tassew importanti għall-iskejjel tal-istudenti bi ħtiġijiet kbar. Il-benesseri u l-effikaċja proprja tal-għalliema jgħinu wkoll biex jiġi evitat it-tluq bikri mill-iskola, għalhekk hu kruċjali li l-għalliema jirċievu l-appoġġ li għandhom bżonn.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

Is-Servizz ta' Żvilupp Professjonali għall-Għalliema (PDST, Professional Development Service for Teachers)

PDST ġie stabbilit f'Settembru 2010 bħala servizz ta' appoġġ ġeneriku, integrat u trans-settorjali għall-iskejjel, u huwa appoġġjat mid-Dipartiment Irlandiż tal-Edukazzjoni u l-Ħiliet. Illum-il ġurnata huwa l-akbar servizz uniku ta' appoġġ li joffri opportunitajiet ta' tagħlim professjonali lil għalliema u mexxejja ta' skejjel f'medda ta' oqsma pedagoġiċi, kurrikulari u edukazzjonali. Prijoritajiet ewlenin jinkludu l-appoġġ għat-tmexxija ta' skejjel, l-evalwazzjoni ta' skejjel minnhom stess, il-valutazzjoni, l-użu ta' ICT biex tgħallem u titgħallem, l-inklużjoni, is-saħħa u l-benesseri u suġġetti u programmi post-primarja. Il-PDST jipprovdi żvilupp professjonali kontinwu u appoġġ permezz ta' tim ta' għalliema tal-primarja u post-primarja, issekondati mill-iskejjel tagħhom biex jaħdmu ma' PDST. Is-sit web tal-PDST fih paġni ddedikati għas-saħħa u l-benesseri tal-għalliema, li jinkludu riżorsi u links għall-għalliema dwar il-benesseri fiżiku u mentali kontinwu tagħhom fuq il-post tax-xogħol, u jipprovdu taħriġ u seminars wiċċ imb'wiċċ lill-għalliema.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.4. Il-benesseri tal-għalliema

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Irlanda

Titjib fir-Reżiljenza tal-Għalliema fl-Ewropa (ENTREE, ENhancing Teacher REsilience in Europe)

Il-proġett Titjib fir-Reżiljenza tal-Għalliema fl-Ewropa (ENTREE - ENhancing Teacher REsilience in Europe) għandu l-għan li jgħin lill-għalliema Ewropej żgħar itejbu r-reżiljenza tagħhom quddiem sfidi dejjem jiżdiedu ta' ambjent tal-iskola li qed jinbidel b'rata mgħaġġla. Dan tnieda fl-2014 u jipprovdi varjetà ta' opportunitajiet ta' tagħlim u għodod lill-għalliema, kemm onlajn kif ukoll wiċċ imb'wiċċ; huwa appoġġjat minn tim ta' esperti internazzjonali minn ħames pajjiżi Ewropej (CZ, DE, IRL, MT, PT) u mill-Awstralja. Il-proġett ENTREE jirreferi għar-reżiljenza tal-għalliema bħala l-"proċess ta', il-kapaċità għal, jew ir-riżultat ta' adattament pożittiv u impenn u tkabbir professjonali kontinwu quddiem ċirkostanzi diffiċli". L-għalliema huma megħjuna jużaw riżorsi personali, professjonali u soċjali, biex "jerġgħu jqumu fuq saqajhom" u jkunu wkoll kapaċi jimxu 'l quddiem professjonalment u personalment, u jesperjenzaw sodisfazzjon fuq il-post tax-xogħol, ħsibijiet pożittivi fuqhom infushom, benesseri personali u impenn kontinwu għall-professjoni.

Qasam: 2. L-għalliema

Suboqsma: 2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri; 2.4. Il-benesseri tal-għalliema

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Danimarka; Irlanda; Malta; Portugall; Repubblika Ċeka