5. L-involviment tal-partijiet interessati

5.1. Timijiet multidixxiplinari

Approċċ multidixxiplinari għall-iżvantaġġ edukattiv u t-tluq bikri mill-iskola (ESL) ilaqqa’ flimkien professjonisti minn ġewwa l-iskola u ’l barra minnha, fosthom psikologi, assistenti soċjali u professjonisti fil-kura medika. It-timijiet multidixxiplinari għandhom il-potenzjal li joffru firxa ta’ servizzi sabiex jappoġġaw żgħażagħ f’riskju ta’ żvantaġġ edukattiv u tluq bikri mill-iskola. Dan jinkludi, pereżempju, konċentrazzjoni fuq l-iżvilupp lingwistiku tat-tfal, appoġġ għas-saħħa mentali, appoġġ emozzjonali, ħiliet għall-prevenzjoni tal-bullying, konċentrazzjoni fuq kif se jintlaħqu l-familji emarġinati u appoġġ fl-iżvilupp tal-ħiliet fit-trobbija tat-tfal.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

Indikaturi Strutturali għall-Iskejjel għall-Iżvilupp ta’ Sistemi Inklużivi fl-Iskejjel u madwarhom

Dan is-sett ta’ indikaturi strutturali għas-sistemi inklużivi fl-ambjent tal-iskejjel jista' jintuża minn kapijiet ta’ skejjel, għalliema, ġenituri jew imsieħba oħra tal-iskejjel biex jirriflettu dwar l-inklużività fl-iskola tagħhom. L-indikaturi huma fformulati bħala dikjarazzjonijiet bi tweġibiet “iva” jew “le”, b’mod li jista’ jiggwida lill-atturi tal-iskola fl-awtovalutazzjoni f’firxa ta’ oqsma rilevanti. L-inklużjoni fl-iskejjel titqies bħala materja ta’ appoġġ u tal-kwalità tal-ambjent tat-tagħlim bi skejjel u klassijiet akkoljenti u indokranti. Din hija kkompletata permezz tal-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni, b'approċċ olistiku għall-ħtiġijiet tal-istudenti (mil-lat emozzjonali, fiżiku, konjittiv u soċjali), u billi tirrikonoxxi t-talenti u l-ilħna tagħhom.

L-oqsma ewlenin koperti mill-indikaturi jinkludu:

  1. approċċ li jinvolvi l-iskola kollha lejn l-iżvilupp ta’ sistemi inklużivi
  2. il-kwalità tal-għalliema u tat-tmexxija tal-iskejjel
  3. il-promozzjoni ta’ sistema ta’ integrazzjoni tal-politika u l-prattika
  4. approċċ multidixxiplinari li jiffoka fuq is-saħħa u l-benesseri
  5. il-promozzjoni tal-involviment tal-ġenituri u tal-familja
  6. u l-issodisfar tal-ħtiġijiet ta’ individwi u gruppi partikolarment vulnerabbli

L-għażla tal-indikaturi hija bbażata fuq dokumenti ewlenin tal-politika tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll fuq evidenza internazzjonali riċenti dwar l-edukazzjoni inklużiva.

Din l-għodda hija parti minn Rapport ta’ strateġija dwar l-indikaturi strutturali tas-sistemi inklużivi fl-iskejjel u madwarhom, li għandu ambitu usa' u jipprovdi kuntest u spjegazzjonijiet għal kull wieħed mill-indikaturi.

Awturi:
Paul Downes, Institute of Education, Dublin City University
Erna Nairz-Wirth, Vienna University of Economics and Business
Viktorija Rusinaitė, PPMI

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 1.3. It-tmexxija tal-iskejjel; 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri; 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.2. Il-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-ħajja tal-iskola; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 3.9. Appoġġ immirat: il-migranti, ir-Roma; 3.10. Appoġġ immirat: il-ħtiġijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet fit-tagħlim; 3.11. Appoġġ immirat: Sfond soċjoekonomiku żvantaġġat; 5.1. Timijiet multidixxiplinari; 5.2. In-netwerks tal-partijiet interessati

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Ewropa