5. L-involviment tal-partijiet interessati

5.1. Timijiet multidixxiplinari

Approċċ multidixxiplinari għall-iżvantaġġ edukattiv u t-tluq bikri mill-iskola (ESL) ilaqqa’ flimkien professjonisti minn ġewwa l-iskola u ’l barra minnha, fosthom psikologi, assistenti soċjali u professjonisti fil-kura medika. It-timijiet multidixxiplinari għandhom il-potenzjal li joffru firxa ta’ servizzi sabiex jappoġġaw żgħażagħ f’riskju ta’ żvantaġġ edukattiv u tluq bikri mill-iskola. Dan jinkludi, pereżempju, konċentrazzjoni fuq l-iżvilupp lingwistiku tat-tfal, appoġġ għas-saħħa mentali, appoġġ emozzjonali, ħiliet għall-prevenzjoni tal-bullying, konċentrazzjoni fuq kif se jintlaħqu l-familji emarġinati u appoġġ fl-iżvilupp tal-ħiliet fit-trobbija tat-tfal.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

TIMIJIET MULTI-INTERDIXXIPLINARI GĦALL-PREVENZJONI TAT-TLUQ BIKRI MILL-ISKOLA

Dan id-dokument jipprova jeżamina l-evidenza rigward il-potenzjal għal timijiet multidixxiplinari u interdixxiplinari li jaqdu rwol ewlieni fil-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola. Bħala parti mill-iżvilupp ta' strateġija għal timijiet multi/interdixxiplinari bħal dawn, tingħata attenzjoni kbira lill-kundizzjonijiet meħtieġa u ta' appoġġ għall-effettività tagħhom, minflok fuq suppożizzjoni deterministika tal-effettività inevitabbli tagħhom. Ir-rapport jenfasizza l-ħtieġa li tingħata gwida strateġika b'saħħitha lit-timijiet dwar kwistjonijiet importanti li jkunu se jindirizzaw it-timijiet bħall-appoġġ għas-saħħa mentali, alternattivi għas-sospensjoni, l-involviment ta' familji emarġinati, is-soluzzjoni ta' kunflitti bejn l-għalliema u ħiliet ta' taħriġ fid-diversità, ħiliet ta' prevenzjoni tal-bullying, it-trawwim ta' ambjent pożittiv fl-iskola, ħiliet ta' impenn mal-ġenituri u attenzjoni fuq l-iżvilupp tal-lingwa fit-tfal eċċ.

Oqsma: 3. Appoġġ lill-istudenti; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.3. Gwida u appoġġ dwar il-karrieri; 3.9. Rifuġjati, migranti u Roma; 3.10. Appoġġ immirat: il-ħtiġijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet fit-tagħlim; 5.1. Timijiet multidixxiplinari

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Albanija; Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Maċedonja ta' Fuq; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Rumanija; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Turkija; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

Urir r-riżultati 10 li jmiss