5. L-involviment tal-partijiet interessati

5.1. Timijiet multidixxiplinari

Approċċ multidixxiplinari għall-iżvantaġġ edukattiv u t-tluq bikri mill-iskola (ESL) ilaqqa’ flimkien professjonisti minn ġewwa l-iskola u ’l barra minnha, fosthom psikologi, assistenti soċjali u professjonisti fil-kura medika. It-timijiet multidixxiplinari għandhom il-potenzjal li joffru firxa ta’ servizzi sabiex jappoġġaw żgħażagħ f’riskju ta’ żvantaġġ edukattiv u tluq bikri mill-iskola. Dan jinkludi, pereżempju, konċentrazzjoni fuq l-iżvilupp lingwistiku tat-tfal, appoġġ għas-saħħa mentali, appoġġ emozzjonali, ħiliet għall-prevenzjoni tal-bullying, konċentrazzjoni fuq kif se jintlaħqu l-familji emarġinati u appoġġ fl-iżvilupp tal-ħiliet fit-trobbija tat-tfal.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

Programm f'Livell ta' Master’s fit-'Trattament Fl-Edukazzjoni tad-Diversità' (TED) (Maģistraprogramma Dažādībaspedagoģiskierisinājumi)

Il-Programm f'Livell ta' Master’s fit-"Trattament Fl-Edukazzjoni tad-Diversità" (TED) huwa mmirat għal gradwati b'Baċellerat fil-pedagoġija, u għal prattikanti fl-edukazzjoni (pedagoġi u amministraturi tal-kindergartens, amministraturi ta' skejjel, amministraturi tal-ETV, amministraturi ta' kulleġġi u universitajiet) li huma lesti li jtejbu l-kompetenzi interkulturali tagħhom. Il-programm għandu l-għan li joħloq sistema interdixxiplinarja ta' għarfien, ħiliet u kompetenzi integrati soċjopedagoġiċi, psikoloġiċi u kompetenzi pedagoġiċi speċjali oħrajn sabiex id-diversità tiġi integrata fl-edukazzjoni. Il-kontenut tal-programm jikkonsisti f'żewġ partijiet ewlenin: Parti A: Moduli obbligatorji (inkluż it-teżi ta' riċerka/master's), inkluż korsijiet fuq: "Qafas internazzjonali u komparattiv tat-trattament fl-edukazzjoni tad-diversità"; "Trattament edukattiv ta' bżonnijiet speċjali li jirriżultaw mid-diversità kulturali"; "Ġestjoni u programmi tat-trattament fl-edukazzjoni tad-diversità", eċċ.; Parti B: Korsijiet fakultattivi, inkluż: "Metodoloġija ta' riċerka għat-trattament fl-edukazzjoni tad-diversità"; "Integrazzjoni fix-xogħol u riabilitazzjoni ta' nies bi bżonnijiet speċjali diversi". Il-proċess huwa organizzat bħala e-studies, b'laqgħat darba fil-ġimgħa wiċċ imb wiċċ jew fuq Skype mal-professuri.

Oqsma: 2. L-għalliema; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 1.3. It-tmexxija tal-iskejjel; 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri; 2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom; 3.8. Appoġġ immirat: il-Lingwa; 3.9. Appoġġ immirat: il-migranti, ir-Roma; 3.11. Appoġġ immirat: Sfond soċjoekonomiku żvantaġġat; 5.1. Timijiet multidixxiplinari

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Latvja

TIMIJIET MULTI-INTERDIXXIPLINARI GĦALL-PREVENZJONI TAT-TLUQ BIKRI MILL-ISKOLA

Dan id-dokument jipprova jeżamina l-evidenza rigward il-potenzjal għal timijiet multidixxiplinari u interdixxiplinari li jaqdu rwol ewlieni fil-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola. Bħala parti mill-iżvilupp ta' strateġija għal timijiet multi/interdixxiplinari bħal dawn, tingħata attenzjoni kbira lill-kundizzjonijiet meħtieġa u ta' appoġġ għall-effettività tagħhom, minflok fuq suppożizzjoni deterministika tal-effettività inevitabbli tagħhom. Ir-rapport jenfasizza l-ħtieġa li tingħata gwida strateġika b'saħħitha lit-timijiet dwar kwistjonijiet importanti li jkunu se jindirizzaw it-timijiet bħall-appoġġ għas-saħħa mentali, alternattivi għas-sospensjoni, l-involviment ta' familji emarġinati, is-soluzzjoni ta' kunflitti bejn l-għalliema u ħiliet ta' taħriġ fid-diversità, ħiliet ta' prevenzjoni tal-bullying, it-trawwim ta' ambjent pożittiv fl-iskola, ħiliet ta' impenn mal-ġenituri u attenzjoni fuq l-iżvilupp tal-lingwa fit-tfal eċċ.

Oqsma: 3. Appoġġ lill-istudenti; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.3. Gwida u appoġġ dwar il-karrieri; 3.9. Appoġġ immirat: il-migranti, ir-Roma; 3.10. Appoġġ immirat: il-ħtiġijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet fit-tagħlim; 5.1. Timijiet multidixxiplinari

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Albanija; Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Maċedonja ta' Fuq; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Rumanija; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Turkija; Ungerija; Ċipru; Ġermanja