5. L-involviment tal-partijiet interessati

5.1. Timijiet multidixxiplinari

Approċċ multidixxiplinari għall-iżvantaġġ edukattiv u t-tluq bikri mill-iskola (ESL) ilaqqa’ flimkien professjonisti minn ġewwa l-iskola u ’l barra minnha, fosthom psikologi, assistenti soċjali u professjonisti fil-kura medika. It-timijiet multidixxiplinari għandhom il-potenzjal li joffru firxa ta’ servizzi sabiex jappoġġaw żgħażagħ f’riskju ta’ żvantaġġ edukattiv u tluq bikri mill-iskola. Dan jinkludi, pereżempju, konċentrazzjoni fuq l-iżvilupp lingwistiku tat-tfal, appoġġ għas-saħħa mentali, appoġġ emozzjonali, ħiliet għall-prevenzjoni tal-bullying, konċentrazzjoni fuq kif se jintlaħqu l-familji emarġinati u appoġġ fl-iżvilupp tal-ħiliet fit-trobbija tat-tfal.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

Ikkowċjar taż-Żgħażagħ (Jugendcoaching)

L-Ikkowċjar taż-Żgħażagħ joffri gwida liż-żgħażagħ ta’ 14-il sena u akbar. Il-gruppi fil-mira ewlenin jinkludu studenti fid-9 grad, żgħażagħ li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) u li ma għandhomx aktar minn 19-il sena, u żgħażagħ bi ħtiġijiet tal-edukazzjoni speċjali li ma għandhomx aktar minn 24 sena. Huwa jimmira li jnaqqas it-tluq bikri mill-iskola u li jappoġġja lill-istudenti fl-għażla tal-karriera futura tagħhom u/jew fit-triq edukattiva. Il-parteċipazzjoni fl-Ikkowċjar taż-Żgħażagħ hija mingħajr ħlas u fuq bażi volontarja.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.3. Gwida u appoġġ dwar il-karrieri; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 3.8. Appoġġ immirat: il-Lingwa; 3.9. Appoġġ immirat: il-migranti, ir-Roma; 3.10. Appoġġ immirat: il-ħtiġijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet fit-tagħlim; 3.11. Appoġġ immirat: Sfond soċjoekonomiku żvantaġġat; 4.1. Komunikazzjoni u informazzjoni; 5.1. Timijiet multidixxiplinari; 5.2. In-netwerks tal-partijiet interessati; 5.3. Sħubijiet: L-impjegaturi u n-negozji; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT

Pajjiż: Awstrija

Schlangenfuß

Dan il-proġett inħoloq aktar minn 10 snin ilu biex jintegra mill-ġdid studenti li rrifjutaw li jmorru l-iskola. Mill-2007, il-programm iffoka biss fuq studenti li jsofru minn fobija mill-iskola, disturbi ta’ ansjetà jew dipressjoni. Il-programm huwa uniku fl-Awstrija u huwa ffinanzjat mill-pubbliku.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 1.4. Il-koperazzjoni fis-sistemi edukattivi; 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri; 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.3. Gwida u appoġġ dwar il-karrieri; 3.4. Il-kurrikulu u l-mogħdijiet tat-tagħlim; 3.5. It-tagħlim u l-assessjar; 3.10. Appoġġ immirat: il-ħtiġijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet fit-tagħlim; 4.1. Komunikazzjoni u informazzjoni; 5.1. Timijiet multidixxiplinari

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT

Pajjiż: Awstrija

Stop-Dropout!

L-objettiv globali tal-proġett huwa li jnaqqas ir-rati ta’ tluq mill-iskola ta’ studenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, billi jipprovdi materjali u għodod lill-konsulenti u lill-ħarrieġa biex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom fil-ħidma ma’ gruppi, li jidentifika studenti potenzjali li jitilqu mill-iskola u l-karatteristiċi speċjali ta’ gruppi tal-istudenti, jipprovdi appoġġ aġġustat għall-ħtiġijiet individwali, u b’hekk itejjeb il-kwalità tas-sistemi tal-edukazzjoni vokazzjonali tagħhom.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 3. Appoġġ lill-istudenti; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 3.8. Appoġġ immirat: il-Lingwa; 3.9. Appoġġ immirat: il-migranti, ir-Roma; 3.10. Appoġġ immirat: il-ħtiġijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet fit-tagħlim; 3.11. Appoġġ immirat: Sfond soċjoekonomiku żvantaġġat; 5.1. Timijiet multidixxiplinari; 5.2. In-netwerks tal-partijiet interessati; 5.3. Sħubijiet: L-impjegaturi u n-negozji; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Awstrija; Repubblika Ċeka; Slovenja; Ġermanja

TIMIJIET MULTI-INTERDIXXIPLINARI GĦALL-PREVENZJONI TAT-TLUQ BIKRI MILL-ISKOLA

Dan id-dokument jipprova jeżamina l-evidenza rigward il-potenzjal għal timijiet multidixxiplinari u interdixxiplinari li jaqdu rwol ewlieni fil-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola. Bħala parti mill-iżvilupp ta' strateġija għal timijiet multi/interdixxiplinari bħal dawn, tingħata attenzjoni kbira lill-kundizzjonijiet meħtieġa u ta' appoġġ għall-effettività tagħhom, minflok fuq suppożizzjoni deterministika tal-effettività inevitabbli tagħhom. Ir-rapport jenfasizza l-ħtieġa li tingħata gwida strateġika b'saħħitha lit-timijiet dwar kwistjonijiet importanti li jkunu se jindirizzaw it-timijiet bħall-appoġġ għas-saħħa mentali, alternattivi għas-sospensjoni, l-involviment ta' familji emarġinati, is-soluzzjoni ta' kunflitti bejn l-għalliema u ħiliet ta' taħriġ fid-diversità, ħiliet ta' prevenzjoni tal-bullying, it-trawwim ta' ambjent pożittiv fl-iskola, ħiliet ta' impenn mal-ġenituri u attenzjoni fuq l-iżvilupp tal-lingwa fit-tfal eċċ.

Oqsma: 3. Appoġġ lill-istudenti; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.3. Gwida u appoġġ dwar il-karrieri; 3.9. Appoġġ immirat: il-migranti, ir-Roma; 3.10. Appoġġ immirat: il-ħtiġijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet fit-tagħlim; 5.1. Timijiet multidixxiplinari

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Albanija; Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Maċedonja ta' Fuq; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Rumanija; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Turkija; Ungerija; Ċipru; Ġermanja