4. L-involviment tal-ġenituri

4.4. Tagħlim fil-familja

It-“tagħlim fil-familja” jirreferi għal kwalunkwe attività li tinvolvi membri tal-familja kemm tfal kif ukoll adulti (kollha jaħdmu biex jilħqu r-riżultati tat-tagħlim proprji tagħhom) u li jikkontribwixxi għal kultura ta’ tagħlim fil-familja. Li jiżdied il-livell edukattiv tal-ġenituri huwa approċċ wieħed ta’ suċċess kif jiġi evitat it-tluq bikri mill-iskola. Meta l-ġenituri jieħdu sehem f’attivitajiet edukattivi għalihom infushom, jiġu promossi sensiela ta’ interazzjonijiet kulturali u edukattivi fi ħdan il-familja. Permezz tat-tagħlim fil-familja, il-ġenituri jibnu l-effikaċja proprja tagħhom, jiġu abilitati biex isiru aġenti attivi fl-iskola, u jkunu aktar involuti fl-edukazzjoni ta’ wliedhom. Il-ġenituri jistgħu jibnu wkoll il-kunfidenza tagħhom biex jgħinu lil uliedhom fit-tagħlim id-dar. Fl-istess ħin, it-tfal ikollhom aktar opportunitajiet biex jitgħallmu mal-ġenituri tagħhom, li jwassal għal involviment akbar fl-iskola u riżultati edukattivi aħjar.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

INCLUD-ED EDUKAZZJONI GĦALL-FAMILJA

L-Edukazzjoni għall-Familja hija waħda mill-Azzjonijiet Edukattivi ta’ Suċċess (SEAs) identifikati fil-proġett ta’ riċerka INCLUD-ED. Strateġiji għall-inklużjoni u l-koeżjoni soċjali fl-Ewropa mill-edukazzjoni (il-Kummissjoni Ewropea, is-Sitt Programm Qafas, 2006-2011).

Oqsma: 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 3.6. It-tagħlim estiż u estrakurrikulari; 4.4. Tagħlim fil-familja; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Albanija; Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Maċedonja ta' Fuq; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Rumanija; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Turkija; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

Intervent ta’ Reżiljenza Preventiva – UPRIGHT

Minħabba li l-problemi ta’ saħħa mentali mmultiplikaw fost iż-żgħażagħ fuq skala globali, UPRIGHT huwa proġett li jgħallem il-ħiliet meħtieġa għal saħħa fiżika u mentali tajba. Dan qed jiġi implimentat fl-iskejjel, u l-adolexxenti bikrin, il-familji tagħhom u l-persunal kollu tal-iskejjel parteċipanti huma involuti.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel; 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri; 2.4. Il-benesseri tal-għalliema; 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 4.4. Tagħlim fil-familja

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; GA; HR; HU; IS; IT; LT; LV; MK; MT; NL; NO; PL; PT; RO; SK; SL; SR; SV; TR

Pajjiż: Danimarka; Islanda; Italja; Norveġja; Polonja; Spanja

L-INVOLVIMENT TAL-ĠENITURI BIEX JIĠI EVITAT IT-TLUQ BIKRI MILL-ISKOLA

Dan ir-rapport jipprova jinforma u jiggwida l-ippjanar strateġiku fuq żmien qasir u medju tal-għaxar muniċipalitajiet tal-bliet Urbact - PREVENT u tal-muniċipalitajiet, l-awtoritajiet lokali u l-iskejjel l-oħrajn kollha madwar l-Ewropa f'dak li jirrigwarda l-involviment tal-ġenituri fl-edukazzjoni biex jiġi evitat it-tluq bikri mill-iskola. Din ir-reviżjoni hija bbażata fuq analiżi ta' dokumenti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill tal-UE dwar l-ESL u l-inklużjoni soċjali, djalogu u proċess ta' konsultazzjoni kontinwa mal-10 muniċipalitajiet involuti fil-proġett Urbact - PREVENT u tinterroga riċerka internazzjonali rilevanti għal dan il-qasam. PREVENT huwa ffinanzjat mill-programm tal-UE Urbact.

Oqsma: 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 4.1. Komunikazzjoni u informazzjoni; 4.2. L-involviment tal-ġenituri fit-tmexxija tal-iskejjel; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi; 4.4. Tagħlim fil-familja; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Albanija; Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Maċedonja ta' Fuq; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Rumanija; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Turkija; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

Laqgħat Letterarji bi Djalogu INCLUDE-ED

Il-Laqgħat Letterarji bi Djalogu (Dialogic Literary Gatherings - DLG) huma waħda mill-Azzjonijiet Edukattivi ta' Suċċess (Successful Educational Actions - SEAs) identifikati fil-proġett ta' riċerka INCLUD-ED. Id-DLG jintużaw sabiex itejbu l-edukazzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ f'kuntesti differenti madwar id-dinja. Id-DLG hija attività ta' qari bi djalogu bbażata fuq żewġ prinċipji: il-qari ta' ktieb letterarju klassiku (bħal Romeo u Ġuljetta, l-Odissea, Don Quixote) segwit mid-diskussjoni tat-tifsiriet, tal-interpretazzjonijiet u tar-riflessjonijiet bil-metodu ta' tagħlim fil-forma ta' djalogu. Tista' tinvolvi lit-tfal u lill-membri tal-familja tagħhom. Dan l-eżempju jfiehem id-DLG u r-riżultati tagħhom fil-prattika.

Oqsma: 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri

Suboqsma: 3.9. Rifuġjati, migranti u Roma; 3.10. Appoġġ immirat: il-ħtiġijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet fit-tagħlim; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi; 4.4. Tagħlim fil-familja

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Albanija; Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Maċedonja ta' Fuq; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Rumanija; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Turkija; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

ĊENTRI TA' TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA BBAŻATI FIL-KOMUNITÀ

NESET - In-Network of Experts on Social Aspects of Education and Training (Netwerk ta' Esperti dwar Aspetti Soċjali tal-Edukazzjoni u tat-Taħriġ) jippubblika rapporti għal dawk li jfasslu l-politika u għall-prattikanti interessati fil-promozzjoni tal-ekwità u tal-inklużjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ madwar l-Unjoni Ewropea. Dan id-dokument jistudja strateġiji għall-istabbiliment ta' ċentri ta' tagħlim tul il-ħajja bbażati fil-komunità fl-Istati Membri tal-UE. Dan jesplora evidenza u riċerka dwar il-benefiċċji u l-vantaġġi tal-istabbiliment ta' ċentri bħal dawn, kif ukoll dwar l-ostakli u d-diffikultajiet li jfixklu kemm l-istabbiliment kif ukoll l-effettività ta' dawn iċ-ċentri. Ir-rapport jikkonkludi li ċ-ċentri ta' tagħlim tul il-ħajja bbażati fil-komunità jistgħu jipprovdu fl-istess waqt każijiet ta' firxa ta' għanijiet ewlenin ta' tagħlim tul il-ħajja, bħaċ-ċittadinanza attiva, il-koeżjoni/l-inklużjoni soċjali, is-suċċess personali u soċjali, id-djalogu interkulturali, kif ukoll rotot ta' impjieg.

Oqsma: 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 4.1. Komunikazzjoni u informazzjoni; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi; 4.4. Tagħlim fil-familja; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Albanija; Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Maċedonja ta' Fuq; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Rumanija; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Turkija; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

Urir r-riżultati 10 li jmiss