4. L-involviment tal-ġenituri

4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi

Mod effettiv sabiex tinħoloq sħubija pożittiva bejn il-familja u l-iskola u biex jiġu involuti l-ġenituri huwa li jiġu pprovduti opportunitajiet akkoljenti u siguri biex il-ġenituri jkunu preżenti fl-iskola, jaqsmu l-għarfien espert tagħhom, jibnu l-kunfidenza u l-kapaċitajiet ta’ tmexxija, in-netwerks soċjali u t-tagħlim tagħhom.  Il-ġenituri u l-familji jista’ jkollhom ħin u spazji assenjati fl-iskola. Dan jista’ jinkludi, pereżempju, ‘kamra tal-ġenituri’ fejn jistgħu jiġu organizzati attivitajiet informali fuq talba tagħhom u/jew bil-għajnuna ta’ professjonisti oħra (eż. assistenti soċjali) jew il-persunal tal-iskola.  Din il-kamra tista’ tintuża waqt il-ħinijiet tal-iskola biex jiġu organizzati taħditiet dwar kwistjonijiet relatati mal-iskola u t-trobbija tat-tfal, laqgħat ma’ speċjalisti u professjonisti esterni, workshops u attivitajiet informali oħra.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

GRUPPI INTERATTIVI INCLUD-ED

Gruppi Interattivi hija waħda mill-Azzjonijiet Edukattivi ta' Suċċess (SEAs) identifikati fil-proġett ta' riċerka INCLUD-ED. INCLUD-ED analizza strateġiji edukattivi li jikkontribwixxu biex jingħelbu l-inugwaljanzi u jippromwovu l-koeżjoni soċjali, u dawk li jiġġeneraw l-esklużjoni soċjali, b'attenzjoni partikolari fuq il-gruppi vulnerabbli u emarġinati. Il-Gruppi Interattivi jintużaw sabiex itejbu l-edukazzjoni ta' tfal u żgħażagħ f'kuntesti differenti. F'dawn il-gruppi it-tfal tal-klassi jinġabru fi gruppi eteroġenji żgħar, kull wieħed minnhom mgħejun minn adult. Kull grupp ikun organizzat madwar erba' jew ħames studenti, b'mod eteroġenju f'dak li jirrigwarda l-livell tal-kapaċitajiet, is-sess, il-kultura, il-lingwa u l-etniċità. Dan l-eżempju jfiehem l-IG u r-riżultati tagħhom fil-prattika.

Oqsma: 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri

Suboqsma: 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 3.5. It-tagħlim u l-assessjar; 3.9. Appoġġ immirat: il-migranti, ir-Roma; 3.10. Appoġġ immirat: il-ħtiġijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet fit-tagħlim; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Albanija; Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Maċedonja ta' Fuq; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Rumanija; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Turkija; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

INCLUD-ED KTIEB DWAR AZZJONIJIET EDUKATTIVI TA' SUĊĊESS

Dan il-monografu janalizza u jiddeskrivi azzjonijiet edukattivi ta' suċċess b'attenzjoni speċifika fuq il-gruppi vulnerabbli. Huwa jipprovdi data konkreta li turi s-suċċess fil-prestazzjoni fl-iskola, kif ukoll rakkonti ta' tfal, għalliema u familji dwar l-impatt ta' dan is-suċċess. Miegħu, hemm analiżi tar-relazzjoni bejn il-prestazzjoni edukattiva ta' dawn it-tfal u l-inklużjoni jew l-esklużjoni tagħhom minn oqsma differenti tas-soċjetà. Dan il-monografu jipprovdi azzjonijiet għas-suċċess identifikati permezz tal-proġett INCLUD-ED, u b'hekk jipprovdi kemm data kontrastanti kif ukoll sfond teoretiku u żvilupp solidi. Uħud mill-eżempji ta' dawn l-azzjonijiet huma gruppi interattivi, estensjoni tal-ħin tat-tagħlim, klabbs tax-xogħol tad-dar, libreriji mal-għalliema, parteċipazzjoni edukattiva tal-familja u tal-komunità, jew laqgħat letterarji bi djalogu. Dawn l-azzjonijiet kollha ġew definiti bħala azzjonijiet edukattivi ta' suċċess, li jfisser li jwasslu kemm għall-effiċjenza kif ukoll għall-ekwità. Finalment, hemm inklużi u diskussi wkoll rakkomandazzjonijiet għall-politika u għall-prattika.

Oqsma: 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri

Suboqsma: 3.9. Appoġġ immirat: il-migranti, ir-Roma; 3.10. Appoġġ immirat: il-ħtiġijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet fit-tagħlim; 4.2. L-involviment tal-ġenituri fit-tmexxija tal-iskejjel; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Albanija; Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Maċedonja ta' Fuq; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Rumanija; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Turkija; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

L-INVOLVIMENT TAL-ĠENITURI BIEX JIĠI EVITAT IT-TLUQ BIKRI MILL-ISKOLA

Dan ir-rapport jipprova jinforma u jiggwida l-ippjanar strateġiku fuq żmien qasir u medju tal-għaxar muniċipalitajiet tal-bliet Urbact - PREVENT u tal-muniċipalitajiet, l-awtoritajiet lokali u l-iskejjel l-oħrajn kollha madwar l-Ewropa f'dak li jirrigwarda l-involviment tal-ġenituri fl-edukazzjoni biex jiġi evitat it-tluq bikri mill-iskola. Din ir-reviżjoni hija bbażata fuq analiżi ta' dokumenti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill tal-UE dwar l-ESL u l-inklużjoni soċjali, djalogu u proċess ta' konsultazzjoni kontinwa mal-10 muniċipalitajiet involuti fil-proġett Urbact - PREVENT u tinterroga riċerka internazzjonali rilevanti għal dan il-qasam. PREVENT huwa ffinanzjat mill-programm tal-UE Urbact.

Oqsma: 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 4.1. Komunikazzjoni u informazzjoni; 4.2. L-involviment tal-ġenituri fit-tmexxija tal-iskejjel; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi; 4.4. Tagħlim fil-familja; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Albanija; Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Maċedonja ta' Fuq; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Rumanija; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Turkija; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

Laqgħat Letterarji bi Djalogu INCLUDE-ED

Il-Laqgħat Letterarji bi Djalogu (Dialogic Literary Gatherings - DLG) huma waħda mill-Azzjonijiet Edukattivi ta' Suċċess (Successful Educational Actions - SEAs) identifikati fil-proġett ta' riċerka INCLUD-ED. Id-DLG jintużaw sabiex itejbu l-edukazzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ f'kuntesti differenti madwar id-dinja. Id-DLG hija attività ta' qari bi djalogu bbażata fuq żewġ prinċipji: il-qari ta' ktieb letterarju klassiku (bħal Romeo u Ġuljetta, l-Odissea, Don Quixote) segwit mid-diskussjoni tat-tifsiriet, tal-interpretazzjonijiet u tar-riflessjonijiet bil-metodu ta' tagħlim fil-forma ta' djalogu. Tista' tinvolvi lit-tfal u lill-membri tal-familja tagħhom. Dan l-eżempju jfiehem id-DLG u r-riżultati tagħhom fil-prattika.

Oqsma: 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri

Suboqsma: 3.9. Appoġġ immirat: il-migranti, ir-Roma; 3.10. Appoġġ immirat: il-ħtiġijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet fit-tagħlim; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi; 4.4. Tagħlim fil-familja

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Albanija; Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Maċedonja ta' Fuq; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Rumanija; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Turkija; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

ĊENTRI TA' TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA BBAŻATI FIL-KOMUNITÀ

NESET - In-Network of Experts on Social Aspects of Education and Training (Netwerk ta' Esperti dwar Aspetti Soċjali tal-Edukazzjoni u tat-Taħriġ) jippubblika rapporti għal dawk li jfasslu l-politika u għall-prattikanti interessati fil-promozzjoni tal-ekwità u tal-inklużjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ madwar l-Unjoni Ewropea. Dan id-dokument jistudja strateġiji għall-istabbiliment ta' ċentri ta' tagħlim tul il-ħajja bbażati fil-komunità fl-Istati Membri tal-UE. Dan jesplora evidenza u riċerka dwar il-benefiċċji u l-vantaġġi tal-istabbiliment ta' ċentri bħal dawn, kif ukoll dwar l-ostakli u d-diffikultajiet li jfixklu kemm l-istabbiliment kif ukoll l-effettività ta' dawn iċ-ċentri. Ir-rapport jikkonkludi li ċ-ċentri ta' tagħlim tul il-ħajja bbażati fil-komunità jistgħu jipprovdu fl-istess waqt każijiet ta' firxa ta' għanijiet ewlenin ta' tagħlim tul il-ħajja, bħaċ-ċittadinanza attiva, il-koeżjoni/l-inklużjoni soċjali, is-suċċess personali u soċjali, id-djalogu interkulturali, kif ukoll rotot ta' impjieg.

Oqsma: 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 4.1. Komunikazzjoni u informazzjoni; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi; 4.4. Tagħlim fil-familja; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili