4. L-involviment tal-ġenituri

4.2. L-involviment tal-ġenituri fit-tmexxija tal-iskejjel

It-titjib tas-sħubijiet bejn il-familja u l-iskola u ż-żieda tal-parteċipazzjoni tal-ġenituri fit-teħid tad-deċiżjonijiet edukattivi jistgħu jkunu effettivi ħafna biex jiġi miġġieled it-tluq bikri mill-iskola. Il-parteċipazzjoni wiesgħa tal-ġenituri f’deċiżjonijiet relatati mat-tagħlim, kif ukoll mal-organizzazzjoni tal-iskola u l-attivitajiet tagħha, tippromwovi t-trasparenza u aġġustament aħjar għall-ħtiġijiet attwali tal-familja u toħloq sens akbar ta’ responsabbiltà kondiviża madwar l-edukazzjoni. Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej, ir-rwol tal-ġenituri fi ħdan l-iskejjel huwa rikonoxxut bil-liġi u d-drittijiet tagħhom huma ggarantiti b’dispożizzjonijiet regolatorji li jispjegaw in-natura ta’ dawn id-drittijiet. Hemm proċeduri sabiex jassiguraw id-drittijiet tal-ġenituri li jipparteċipaw f’xi forom ta’ proċessi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet fl-iskola, eż. permezz ta’ rappreżentanza tal-ġenituri f’bordijiet u kunsilli skolastiċi. Il-ġenituri għalhekk huma inkoraġġiti jipparteċipaw, permezz tar-rappreżentanti eletti tagħhom, fil-korpi differenti tal-iskejjel, b’mod partikolari l-kunsilli skolastiċi u l-kunsilli tal-klassijiet.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

In-Netwerk Ewropew Kontra l-Ibbuljar fl-Ambjenti tat-Tagħlim u d-Divertiment (ENABLE)

Dan il-proġett tfassal biex isostni l-iżvilupp tal-ħiliet tat-Tagħlim Soċjo-Emozzjonali (SEL) fost it-tfal ta’ bejn il-11 u l-14-il sena, u sabiex iħeġġeġ l-Appoġġ bejn il-Pari biex jiġi indirizzat u jitnaqqas l-ibbuljar. Il-Programmi SEL itejbu l-ħiliet soċjali, emozzjonali u akkademiċi tal-istudenti, li jinkludu imġiba aktar prosoċjali u attitudnijiet pożittivi lejhom infushom u lejn ħaddieħor, u livelli aktar baxxi ta’ tbatija emottiva. Is-sistemi ta’ appoġġ bejn il-pari jnaqqsu l-impatt negattiv tal-ibbuljar fuq il-vittmi u jagħmluha aktar faċli għall-vittmi li jaċċettaw li jirrapportawh. Dan isir b’segwiment ta’ approċċ li jinkludi skola fil-kompletezza tagħha bl-inklużjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ, il-persunal, il-ġenituri u l-komunuità estensiva. Għaldaqstant, dan il-programm jitbiegħed mill-viżjoni bidimensjonali tal-bullying bħala kwistjoni ta’ vittma u bully, u minflok iħares lejn id-dinamika soċjali u tal-grupp fi skola jew f’ambjent tad-divertiment ħalli jindirizza firxa ta’ fatturi li jikkontribwixxu għall-bullying. ENABLE ħarreġ tim ta’ Ambaxxaturi f’kull pajjiż parteċipant, li huma disponibbli sabiex jipprovdu tagħrif u gwida lil kull skola jew organizzazzjoni li tixtieq timplimenta l-programm.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 4.2. L-involviment tal-ġenituri fit-tmexxija tal-iskejjel

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Belġju; Danimarka; Greċja; Kroazja; Renju Unit; Rumanija

INCLUD-ED KTIEB DWAR AZZJONIJIET EDUKATTIVI TA' SUĊĊESS

Dan il-monografu janalizza u jiddeskrivi azzjonijiet edukattivi ta' suċċess b'attenzjoni speċifika fuq il-gruppi vulnerabbli. Huwa jipprovdi data konkreta li turi s-suċċess fil-prestazzjoni fl-iskola, kif ukoll rakkonti ta' tfal, għalliema u familji dwar l-impatt ta' dan is-suċċess. Miegħu, hemm analiżi tar-relazzjoni bejn il-prestazzjoni edukattiva ta' dawn it-tfal u l-inklużjoni jew l-esklużjoni tagħhom minn oqsma differenti tas-soċjetà. Dan il-monografu jipprovdi azzjonijiet għas-suċċess identifikati permezz tal-proġett INCLUD-ED, u b'hekk jipprovdi kemm data kontrastanti kif ukoll sfond teoretiku u żvilupp solidi. Uħud mill-eżempji ta' dawn l-azzjonijiet huma gruppi interattivi, estensjoni tal-ħin tat-tagħlim, klabbs tax-xogħol tad-dar, libreriji mal-għalliema, parteċipazzjoni edukattiva tal-familja u tal-komunità, jew laqgħat letterarji bi djalogu. Dawn l-azzjonijiet kollha ġew definiti bħala azzjonijiet edukattivi ta' suċċess, li jfisser li jwasslu kemm għall-effiċjenza kif ukoll għall-ekwità. Finalment, hemm inklużi u diskussi wkoll rakkomandazzjonijiet għall-politika u għall-prattika.

Oqsma: 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri

Suboqsma: 3.9. Rifuġjati, migranti u Roma; 3.10. Appoġġ immirat: il-ħtiġijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet fit-tagħlim; 4.2. L-involviment tal-ġenituri fit-tmexxija tal-iskejjel; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Albanija; Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Maċedonja ta' Fuq; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Rumanija; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Turkija; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

L-innovazzjoni tal-iskejjel fl-Ewropa: il-promozzjoni tal-istima personali u ħiliet tal-ħsieb ta’ ordni ogħla tal-istudenti permezz ta’ innovazzjoni fil-kurrikuli fl-Iskola Primarja tal-Komunità ta’ Willenhall

L-approċċ tal-iskola għat-tagħlim u għall-apprendiment huwa bbażat fuq il-ksib ta’ eċċellenza edukattiva u s-suċċess għall-istudenti kollha. L-iskola żviluppat kurrikulu stimulanti li jfittex li jipprovdi lill-istudenti tagħha fehim tal-proċessi tal-apprendiment li jkunu involuti fihom (metakonjizzjoni) – u jibni t-twemmin fihom infushom. L-għoti ta’ tagħlim speċjalizzat f’ċerti oqsma ta’ suġġetti (ix-xjenza, il-mużika, l-arti, l-edukazzjoni fiżika) huwa element prinċipali f’dan il-proċess, hekk kif inhu l-iżvilupp tat-tagħlim tal-matematika fl-iskola (għall-istudenti tas-6 grad). It-tagħlim tal-filosofija lill-istudenti kollha huwa wkoll element vitali fl-iżvilupp tal-ħiliet tal-ħsieb, tar-reżiljenza u tal-kunfidenza personali tal-istudenti. L-innovazzjoni fil-kurrikulu titwettaq fuq inizjattiva tal-iskola, li taħdem f’kooperazzjoni mas-sħab tal-Federazzjoni tagħha fl-Iskola Primarja ta’ Whitmore Park. Il-persunal kollu, il-korp governattiv, l-istudenti u l-ġenituri spiss jiġu kkonsultati u jsiru parti mill-proċess tal-iżvilupp fil-kurrikulu, u l-iskola tingaġġa ħafna mas-sħab tal-komunità fl-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ apprendiment usa’.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel; 1.3. It-tmexxija tal-iskejjel; 1.4. Il-koperazzjoni fis-sistemi edukattivi; 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri; 2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom; 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.2. Il-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-ħajja tal-iskola; 3.4. Il-kurrikulu u l-mogħdijiet tat-tagħlim; 3.11. Appoġġ immirat: Sfond soċjoekonomiku żvantaġġat; 4.1. Komunikazzjoni u informazzjoni; 4.2. L-involviment tal-ġenituri fit-tmexxija tal-iskejjel; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi; 5.1. Timijiet multidixxiplinari; 5.2. In-netwerks tal-partijiet interessati; 5.3. Sħubijiet: L-impjegaturi u n-negozji; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Renju Unit

L-INVOLVIMENT TAL-ĠENITURI BIEX JIĠI EVITAT IT-TLUQ BIKRI MILL-ISKOLA

Dan ir-rapport jipprova jinforma u jiggwida l-ippjanar strateġiku fuq żmien qasir u medju tal-għaxar muniċipalitajiet tal-bliet Urbact - PREVENT u tal-muniċipalitajiet, l-awtoritajiet lokali u l-iskejjel l-oħrajn kollha madwar l-Ewropa f'dak li jirrigwarda l-involviment tal-ġenituri fl-edukazzjoni biex jiġi evitat it-tluq bikri mill-iskola. Din ir-reviżjoni hija bbażata fuq analiżi ta' dokumenti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill tal-UE dwar l-ESL u l-inklużjoni soċjali, djalogu u proċess ta' konsultazzjoni kontinwa mal-10 muniċipalitajiet involuti fil-proġett Urbact - PREVENT u tinterroga riċerka internazzjonali rilevanti għal dan il-qasam. PREVENT huwa ffinanzjat mill-programm tal-UE Urbact.

Oqsma: 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 4.1. Komunikazzjoni u informazzjoni; 4.2. L-involviment tal-ġenituri fit-tmexxija tal-iskejjel; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi; 4.4. Tagħlim fil-familja; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Albanija; Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Maċedonja ta' Fuq; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Rumanija; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Turkija; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

Manchester Communication Academy (MCA)

Manchester Communication Academy (MCA) works to improve outcomes for children, families and the community. This secondary academy opened in 2010 to serve one of the most disadvantaged inner-city neighbourhoods in England. From the outset, the academy’s sponsor, a large employer in the city, wanted the school to help to contribute to a vibrant and sustainable neighbourhood, and committed to addressing the many inter-related economic, social and physical challenges which characterise the neighbourhood. This mission has directly shaped the academy programme, which places equal importance on ‘teaching and learning’ and ‘social investment’. The school’s social investment department is a highly distinctive feature of its overall strategy for addressing the impacts of disadvantage on young people’s education and wider life chances.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 1.3. It-tmexxija tal-iskejjel; 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri; 2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom; 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.2. Il-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-ħajja tal-iskola; 3.3. Gwida u appoġġ dwar il-karrieri; 3.4. Il-kurrikulu u l-mogħdijiet tat-tagħlim; 3.5. It-tagħlim u l-assessjar; 3.6. It-tagħlim estiż u estrakurrikulari; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 3.10. Appoġġ immirat: il-ħtiġijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet fit-tagħlim; 3.11. Appoġġ immirat: Sfond soċjoekonomiku żvantaġġat; 4.2. L-involviment tal-ġenituri fit-tmexxija tal-iskejjel; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi; 4.4. Tagħlim fil-familja; 5.1. Timijiet multidixxiplinari; 5.2. In-netwerks tal-partijiet interessati; 5.3. Sħubijiet: L-impjegaturi u n-negozji; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili

Lingwa: EN

Pajjiż: Renju Unit

Urir r-riżultati 10 li jmiss