4. L-involviment tal-ġenituri

4.2. L-involviment tal-ġenituri fit-tmexxija tal-iskejjel

It-titjib tas-sħubijiet bejn il-familja u l-iskola u ż-żieda tal-parteċipazzjoni tal-ġenituri fit-teħid tad-deċiżjonijiet edukattivi jistgħu jkunu effettivi ħafna biex jiġi miġġieled it-tluq bikri mill-iskola. Il-parteċipazzjoni wiesgħa tal-ġenituri f’deċiżjonijiet relatati mat-tagħlim, kif ukoll mal-organizzazzjoni tal-iskola u l-attivitajiet tagħha, tippromwovi t-trasparenza u aġġustament aħjar għall-ħtiġijiet attwali tal-familja u toħloq sens akbar ta’ responsabbiltà kondiviża madwar l-edukazzjoni. Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej, ir-rwol tal-ġenituri fi ħdan l-iskejjel huwa rikonoxxut bil-liġi u d-drittijiet tagħhom huma ggarantiti b’dispożizzjonijiet regolatorji li jispjegaw in-natura ta’ dawn id-drittijiet. Hemm proċeduri sabiex jassiguraw id-drittijiet tal-ġenituri li jipparteċipaw f’xi forom ta’ proċessi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet fl-iskola, eż. permezz ta’ rappreżentanza tal-ġenituri f’bordijiet u kunsilli skolastiċi. Il-ġenituri għalhekk huma inkoraġġiti jipparteċipaw, permezz tar-rappreżentanti eletti tagħhom, fil-korpi differenti tal-iskejjel, b’mod partikolari l-kunsilli skolastiċi u l-kunsilli tal-klassijiet.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

Il-Programm ta' Tlestija tal-Iskola

Il-Programm ta' Tlestija tal-Iskola (School Completion Programme - SCP) fl-Irlanda joffri firxa ta' interventi lokali f'komunitajiet żvantaġġjati, li jgħinu biex iż-żgħażagħ jibqgħu jistudjaw. Il-programm jgħin lill-komunitajiet lokali jiżviluppaw strateġiji mfassla apposta li jimmassimizzaw il-livelli ta' parteċipazzjoni ta' dawk fir-riskju li jitilqu mill-iskola kmieni fil-proċess tal-edukazzjoni tagħhom. Huwa mmirat għal żgħażagħ individwali li jkunu għadhom fl-età tal-iskola, kemm fl-iskola kif ukoll barra mill-iskola, u jipprovdi appoġġ li jindirizza l-inugwaljanzi fl-aċċess għall-edukazzjoni, fil-parteċipazzjoni fiha u fl-eżiti tagħha. L-SCP huwa element ċentrali tal-pjan ta' Għoti ta' Opportunitajiet Indaqs fl-Iskejjel (Delivering Equality of Opportunity in Schools - DEIS), li huwa strument ta' politika għall-inklużjoni fl-edukazzjoni.

Oqsma: 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.3. Gwida u appoġġ dwar il-karrieri; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 4.2. L-involviment tal-ġenituri fit-tmexxija tal-iskejjel; 5.2. In-netwerks tal-partijiet interessati

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Irlanda

INCLUD-ED KTIEB DWAR AZZJONIJIET EDUKATTIVI TA' SUĊĊESS

Dan il-monografu janalizza u jiddeskrivi azzjonijiet edukattivi ta' suċċess b'attenzjoni speċifika fuq il-gruppi vulnerabbli. Huwa jipprovdi data konkreta li turi s-suċċess fil-prestazzjoni fl-iskola, kif ukoll rakkonti ta' tfal, għalliema u familji dwar l-impatt ta' dan is-suċċess. Miegħu, hemm analiżi tar-relazzjoni bejn il-prestazzjoni edukattiva ta' dawn it-tfal u l-inklużjoni jew l-esklużjoni tagħhom minn oqsma differenti tas-soċjetà. Dan il-monografu jipprovdi azzjonijiet għas-suċċess identifikati permezz tal-proġett INCLUD-ED, u b'hekk jipprovdi kemm data kontrastanti kif ukoll sfond teoretiku u żvilupp solidi. Uħud mill-eżempji ta' dawn l-azzjonijiet huma gruppi interattivi, estensjoni tal-ħin tat-tagħlim, klabbs tax-xogħol tad-dar, libreriji mal-għalliema, parteċipazzjoni edukattiva tal-familja u tal-komunità, jew laqgħat letterarji bi djalogu. Dawn l-azzjonijiet kollha ġew definiti bħala azzjonijiet edukattivi ta' suċċess, li jfisser li jwasslu kemm għall-effiċjenza kif ukoll għall-ekwità. Finalment, hemm inklużi u diskussi wkoll rakkomandazzjonijiet għall-politika u għall-prattika.

Oqsma: 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri

Suboqsma: 3.9. Appoġġ immirat: il-migranti, ir-Roma; 3.10. Appoġġ immirat: il-ħtiġijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet fit-tagħlim; 4.2. L-involviment tal-ġenituri fit-tmexxija tal-iskejjel; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Albanija; Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Maċedonja ta' Fuq; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Rumanija; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Turkija; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

L-INVOLVIMENT TAL-ĠENITURI BIEX JIĠI EVITAT IT-TLUQ BIKRI MILL-ISKOLA

Dan ir-rapport jipprova jinforma u jiggwida l-ippjanar strateġiku fuq żmien qasir u medju tal-għaxar muniċipalitajiet tal-bliet Urbact - PREVENT u tal-muniċipalitajiet, l-awtoritajiet lokali u l-iskejjel l-oħrajn kollha madwar l-Ewropa f'dak li jirrigwarda l-involviment tal-ġenituri fl-edukazzjoni biex jiġi evitat it-tluq bikri mill-iskola. Din ir-reviżjoni hija bbażata fuq analiżi ta' dokumenti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill tal-UE dwar l-ESL u l-inklużjoni soċjali, djalogu u proċess ta' konsultazzjoni kontinwa mal-10 muniċipalitajiet involuti fil-proġett Urbact - PREVENT u tinterroga riċerka internazzjonali rilevanti għal dan il-qasam. PREVENT huwa ffinanzjat mill-programm tal-UE Urbact.

Oqsma: 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 4.1. Komunikazzjoni u informazzjoni; 4.2. L-involviment tal-ġenituri fit-tmexxija tal-iskejjel; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi; 4.4. Tagħlim fil-familja; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Albanija; Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Maċedonja ta' Fuq; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Rumanija; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Turkija; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

POTHOLES - INIZJATTIVA TA' IMPENN MILL-ĠENITURI FL-IRLANDA

L-inizjattiva POTHOLES hija eżempju eċċellenti ta' skejjel fl-Irlanda li jilħqu familji emarġinati lil hinn mill-metodi tradizzjonali jew formali ta' parteċipazzjoni. L-inizjattiva POTHOLES ġiet iffurmata f'Jannar 2011 bl-għan li tgħin lill-ġenituri ta' sfond u kulturi differenti jiltaqgħu ma' ġenituri oħrajn mill-iskola tagħhom stess u minn skejjel simili u jaqsmu l-esperjenzi. Għan ewlieni huwa li jiġu involuti ġenituri li forsi jħossuhom iżolati mis-sistema tal-iskola jew li ma jkunux familjari magħha, billi jinvolvuhom aktar fl-attivitajiet u fid-deċiżjonijiet tal-iskola, u jintroduċuhom ma' firxa ta' opportunitajiet ta' tagħlim.

Qasam: 4. L-involviment tal-ġenituri

Suboqsma: 4.1. Komunikazzjoni u informazzjoni; 4.2. L-involviment tal-ġenituri fit-tmexxija tal-iskejjel; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Irlanda

Urir r-riżultati 10 li jmiss