3. Appoġġ lill-istudenti

3.11. Appoġġ immirat: Sfond soċjoekonomiku żvantaġġat

Jekk l-istudenti jirnexxux fl-iskola jew ikunux f’riskju ta’ tluq bikri jiddependi ħafna fuq l-istatus soċjoekonomiku (SES) tagħhom. L-effetti tal-istatus soċjoekonomiku joħorġu fid-dieher ċar u tond fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-Ewropa kollha. Tfal minn sfondi soċjoekonomiċi aktar baxxi huma anqas probabbli li jipparteċipaw u jibbenefikaw mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (ECEC) minn tfal minn sfondi aktar vantaġġati. L-iżvantaġġ inizjali jista’ jiġi aggravat matul is-snin tal-iskola jekk ma jingħatax appoġġ addizzjonali biex jgħin lit-tfal inaqqsu d-differenzi edukattivi. Il-parteċipazzjoni ugwali f’edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal (ECEC) ta’ kwalità iżda nstab li hija fost l-aktar approċċi effettivi biex jingħelbu l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi fil-kisba edukattiva.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

'Nightingale' - proġett ta' Mentoring u Integrazzjoni

Fil-programm Nightingale, student mill-Università tal-Edukazzjoni tal-Għalliema f'Zug (Pädagogische Hochschule, PH Zug) jitpoġġa f'par ma tifel/tifla ta' bejn 8-12-il sena minn skola primarja b'numru kbir ta' tfal minn sfondi ta' migrazzjoni u/jew minoranza. 11-il student minn PH Zug ipparteċipa fil-programm fl-2016/2017. Il-programm jappoġġja lill-mentor u lit-tifel/tifla biex jiltaqgħu għal madwar sagħtejn jew tlieta fil-ġimgħa matul perjodu ta' bejn sebgħa u tmien xhur. Matul dawn il-laqgħat informali, il-mentor u t-tifel/tifla jipparteċipaw f'attivitajiet flimkien, bħal imorru saż-żoo, saċ-ċinema, jilagħbu l-isports, eċċ. L-għan prinċipali ta' Nightingale huwa li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-fehim transkulturali u t-tagħlim interkulturali ta' għalliema studenti permezz ta' mentoring ta' tfal soċjalment u etnikament diversi. Il-programm ifittex ukoll li jiffaċilita kuntatti bejn studenti universitarji u tfal tal-iskola, u b'hekk inaqqas id-distakk bejn it-teorija u l-prattika fl-edukazzjoni tal-għalliema.

Oqsma: 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti

Suboqsma: 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri; 2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom; 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.9. Appoġġ immirat: il-migranti, ir-Roma; 3.11. Appoġġ immirat: Sfond soċjoekonomiku żvantaġġat

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Svizzera

Urir r-riżultati 10 li jmiss