3. Appoġġ lill-istudenti

3.8. Appoġġ immirat: il-Lingwa

Il-klassijiet multilingwi huma realtà li qed tiżdied fil-pajjiżi tal-UE: numru dejjem akbar ta’ tfal tal-iskola għandhom lingwa materna differenti mil-lingwa prinċipali tat-tagħlim fl-iskola u jeħtieġu appoġġ lingwistiku addizzjonali. It-tagħlim irid jadatta ruħu għal diversi modi ta’ tisħiħ tal-profiċjenza lingwistika tal-istudenti immigranti bi sfondi lingwistiċi differenti. Fi skejjel u klassijiet multilingwi, l-istudenti aktarx li jitħaddtu b’lingwa d-dar u b’lingwa oħra fl-iskola; xi wħud mill-istudenti jew l-istudenti kollha jkunu qed jitgħallmu l-lingwa tat-tagħlim.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

Ejja nqabblu l-lingwi tagħna: nitgħallmu l-lingwi permezz tat-tqabbil

It-tagħlim tal-lingwi kollu huwa bbażat fuq tqabbil konxju jew inkonxju bejn il-lingwi li diġà nafu u dawk li nitgħallmu. Dan l-aspett jista' jinbidel f'riżorsa siewja fil-klassijiet li għandhom l-isfida tal-integrazzjoni kulturali u lingwistika ta' studenti li jkunu għadhom kemm waslu minn ħafna pajjiżi differenti.

Qasam:

Suberja:

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Franza

Ikkowċjar taż-Żgħażagħ (Jugendcoaching)

L-Ikkowċjar taż-Żgħażagħ joffri gwida liż-żgħażagħ ta’ 14-il sena u akbar. Il-gruppi fil-mira ewlenin jinkludu studenti fid-9 grad, żgħażagħ li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) u li ma għandhomx aktar minn 19-il sena, u żgħażagħ bi ħtiġijiet tal-edukazzjoni speċjali li ma għandhomx aktar minn 24 sena. Huwa jimmira li jnaqqas it-tluq bikri mill-iskola u li jappoġġja lill-istudenti fl-għażla tal-karriera futura tagħhom u/jew fit-triq edukattiva. Il-parteċipazzjoni fl-Ikkowċjar taż-Żgħażagħ hija mingħajr ħlas u fuq bażi volontarja.

Qasam:

Suberja:

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT

Pajjiż: Awstrija

IL-KLASSI TA' MERĦBA - TURMA DE ACOLHIMENTO

Il-Klassi ta' merħba hija maħsuba għall-istudenti li l-lingwa materna tagħhom mhijiex il-Portugiż u li jkunu waslu reċentement fil-Portugall u jibdew jattendu l-ewwel u t-tieni ċiklu tal-livell bażiku (minn sitt snin sa 12-il sena). Skont il-livell ta' kapaċità tagħhom fil-lingwa, il-Klassi ta' merħba tista' tifrex fuq 10 sigħat fil-ġimgħa. Matul dak il-ħin, l-istudenti jinħarġu mill-klassi tagħhom u jmorru f'din il-klassi speċjali. Dan idum għaddej sakemm l-istudent ikun kapaċi jħaddem il-lingwa Portugiża biżżejjed biex ikun jista' jsegwi l-lezzjonijiet. L-istudenti jiġi identifikati mill-Kap tal-Klassi, mill-għalliema jew mill-Uffiċċju prinċipali tal-iskola (waqt ir-reġistrazzjoni). L-għalliem tal-Klassi ta' Merħba jidentifika l-ħtiġijiet tal-istudent u jiżviluppa strateġija; meta l-istudent jilħaq il-livell ta' kapaċità fil-lingwa Portugiża meħtieġ biex jipparteċipa fil-lezzjonijiet regolari, huwa jirritorna lura fil-klassi tiegħu.

Qasam:

Suberja:

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Portugall

IndY (Apprendiment Individwalizzat fiċ-ċentru tal-iskola Ybbs)

Fis-sena skolastika 2015/16 is-Schulzentrum Ybbs (ċentru tal-iskola li jikkonsisti minn tliet skejjel sekondarji tal-edukazzjoni għolja) introduċa kunċett li jissejjaħ IndY, li jinvolvi li 20 % tal-ħin tat-tagħlim ikun intiż għal apprendiment individwalizzat. IndY jimmira li jtejjeb l-għarfien espert, il-motivazzjoni, ir-responsabbiltà personali, l-awtoġestjoni, il-ħiliet kollaborattivi, l-intelliġenza emozzjonali u l-metodi ta’ apprendiment tal-istudenti.

Qasam: 2. L-għalliema

Suberja:

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT

Pajjiż: Awstrija

INIZJATTIVI LI JTEJBU L-LITTERIŻMU

Inizjattivi ta' appoġġ lill-istudenti Maltin li jtejbu l-litteriżmu huma stabbiliti f'kuntest globali ta' Strateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd li tikkonsolida l-programmi nazzjonali attwali u li tinvolvi aktar minn 8000 student fis-sena. L-iskejjel jistgħu jippjanaw u jmexxu l-proġetti ta' appoġġ għal-litteriżmu tagħhom għall-istudenti li jistgħu jkollhom bżonnhom. Dawn l-inizjattivi huma ffinanzjati permezz ta' għotjiet, l-aktar mill-awtoritajiet lokali.

Qasam:

Suberja:

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Malta

IS-SETT TA' GĦODOD LUCIDE DWAR IL-MULTILINGWIŻMU FL-EDUKAZZJONI

Żieda fil-mobilità u bidliet fix-xejriet tal-migrazzjoni qed iħallu impatt maġġuri fuq sistemi edukattivi madwar id-dinja. Il-bżonn li kull livell tal-forza tax-xogħol ta' skola jkun mgħammar biex jaħdem b'mod effettiv ma' tfal li l-lingwa tal-pajjiż ospitanti tkun ġdida għalihom ilu jidher għal xi żmien. Mhumiex biss tfal li huma ġodda għall-pajjiż ospitanti li għandhom bżonn l-għajnuna, studenti bilingwi għandhom bżonnha wkoll. It-trobbija u l-għajxien f'familja fejn jiġu mitkellma żewġ lingwi jew aktar ibiddlu l-kapaċità lingwistika u l-mod kif wieħed jitgħallem. Għaldaqstant studenti bilingwi għandhom bżonnijiet speċifiċi u b'mod partikolari jirrikjedu riżorsi speċjali għat-tagħlim. Dawn ir-riżorsi jiffurmaw il-bażi tal-iżvilupp u t-tagħlim tagħhom.

Qasam:

Suberja:

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Albanija; Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Maċedonja ta' Fuq; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Rumanija; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Turkija; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

KOALA: il-kompetenzi lingwistiċi u l-ħiliet konjittivi fi skejjel multilingwi

KOALA (KOordnierte ALphabetisierung im Anfangsunterricht, jiġifieri l-litteriżmu kkoordinat fl-istruzzjoni elementari) hija kunċett innovattiv permezz tar-rabta tal-litteriżmu mal-kompetenzi multilingwi, li ġiet introdotta fl-iskejjel primarji f’bosta Länder Ġermaniżi. Fin-Nordrhein-Westfalen, il-metodoloġija qiegħda bil-mod il-mod titwessa’ u tiġi adattata għall-popolazzjoni tal-istudenti li kulma jmur qed tinbidel fl-ibliet.

Qasam:

Suberja:

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Ġermanja

L-ASSOĊJAZZJONI TAL-ISKEJJEL PRIMARJI EWROPEJ F'COLOGNE, IL-ĠERMANJA

F'Cologne, bħal fil-bliet il-kbar Ġermaniżi kollha, hemm proporzjon kbir ta' tfal li jitgħallmu l-Ġermaniż bħala t-tieni lingwa tagħhom u s-sistema edukattiva kellha tadatta għal din is-sitwazzjoni. Il-Kunsill tal-Belt uża din l-opportunità sabiex joħloq l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Primarji Ewropej sabiex joffri l-possibbiltà lit-tfal jitgħallmu żewġ lingwi minbarra l-lingwa materna tagħhom. It-13-il skola membru jużaw l-aktar lingwi miruta komuni bħala lingwi tat-tagħlim minbarra l-Ġermaniż, u jipprovdu t-tagħlim ta' lingwi oħrajn bħala suġġett separat.

Qasam:

Suberja:

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Ġermanja

Mudell Fuoriclasse biex jittratta t-tluq mill-iskola qabel iż-żmien

Fuoriclasse (l-Italja) huwa mudell ta’ intervent integrat kontra t-tluq mill-iskola qabel iż-żmien immirat lejn studenti, għalliema u familji. Huwa joffri attivitajiet biex jappoġġjaw il-motivazzjoni biex jistudjaw u jitgħallmu, biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tad-dritt għall-edukazzjoni, kif minqux fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

Qasam: 2. L-għalliema

Suberja:

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; GA; HR; HU; IS; IT; LT; LV; MK; MT; NL; NO; PL; PT; RO; SK; SL; SR; TR

Pajjiż: Italja

Pjan ta’ azzjoni ta’ Skejjel Inklussivi – InScool

Il-metodoloġija InScool hija mfassla biex tiggwida b’mod flessibbli l-iskejjel matul il-bidu ta’ vjaġġ lejn l-inklużjoni u ttejjeb ir-riżultati personali u akkademiċi għat-tfal u ż-żgħażagħ kollha billi tiffoka fuq l-aċċess tagħhom għal – u l-parteċipazzjoni fi – edukazzjoni relevanti ta’ kwalità.

Qasam:

Suberja:

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; GA; HR; HU; IS; IT; LT; LV; MK; MT; NL; NO; PL; PT; RO; SK; SL; SR; SV; TR

Pajjiż: Belġju; Greċja; Polonja; Renju Unit; Spanja

Urir r-riżultati 10 li jmiss