3. Appoġġ lill-istudenti

3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju

L-istudenti jistgħu jgħaddu minn perjodi diffiċli fil-ħajja soċjali u/jew familjari tagħhom jew jista’ jkollhom esperjenzi negattivi fl-iskola li jiżvijawhom. Hu importanti li d-diffikultajiet fit-tagħlim, il-problemi soċjoemozzjonali, jew in-nuqqas ta’ impenn jingħarfu minn kmieni, qabel ma joħorġu fid-dieher bl-assenteiżmu mill-iskola jew bi mġiba mhux xierqa. L-iskejjel iridu jistabbilixxu sistema tat-twissija bikrija u monitoraġġ b’kollaborazzjoni mal-familja. L-identifikazzjoni u l-monitoraġġ effettivi ma għandhomx jitqiesu bħala proċess burokratiku u dixxiplinarju li jirreġistra u jirrispondi biss għall-inċidenti ta’ assenteiżmu jew imġiba ħażina, iżda aktar bħala sistema (tat-twissija) li tkun ta’ spalla. L-istudenti jridu jkunu jafu li huma importanti u li hemm min qed jieħu ħsiebhom.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

ICAM: L-Inklużjoni ta’ Tfal Affettwati mill-Migrazzjoni

Il-programm ICAM (L-Inklużjoni ta’ Tfal Affettwati mill-Migrazzjoni) huwa programm tal-Erasmus+ imfassal biex jiżgura li t-tfal li ġew affettwati mill-migrazzjoni jistgħu jaċċessaw l-edukazzjoni. Il-programm jgħin lill-iskejjel joħolqu ambjent sigur għat-tfal affettwati mill-migrazzjoni biex ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-edukazzjoni tagħhom.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri; 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.2. Il-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-ħajja tal-iskola; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 3.9. Rifuġjati, migranti u Roma

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; GA; HR; HU; IS; IT; LT; LV; MK; MT; NL; NO; PL; PT; RO; SK; SL; SR; SV; TR

Pajjiż: Belġju; Franza; Italja; Renju Unit; Rumanija; Spanja

Il-programm Tutorat

L-Università Ħielsa ta’ Brussell (ULB) fl-1989 ħolqot programm ta’ Tutela li jimmira lejn l-ugwaljanza fl-opportunitajiet, l-impenn, il-kollaborazzjoni mal-iskejjel, il-kwalità u l-iżvilupp. Dan il-programm, li ilu mill-2006 jitmexxa b’mod sperimentali minn Schola ULB, huwa l-akbar sistema ta’ appoġġ għall-iskejjel bla ħlas fir-Reġjun Kapitali ta’ Brussell.

Qasam: 3. Appoġġ lill-istudenti

Suboqsma: 3.6. It-tagħlim estiż u estrakurrikulari; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 3.11. Appoġġ immirat: Sfond soċjoekonomiku żvantaġġat

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Belġju

Kowċis żgħażagħ fil-Belġju-Fjandra

F'dan il-proġett, iż-żgħażagħ qegħdin jgħallmu lil studenti daqshom, ta' bejn il-11 u t-18-il sena, li huma f'riskju li jitilqu mill-iskola. Il-kowċis huma persuni li huma stess ħallew l-iskola kmieni u li għandhom sfondi simili. Huma kredibbli u jistgħu jinnutaw il-problemi f'fażi bikrija u għalhekk jipprevjenu li jaggravaw. Dan il-proġett jabilitahom u jgħinhom jiksbu l-kwalifiki u, aktar tard, impjieg.

Qasam: 3. Appoġġ lill-istudenti

Suboqsma: 3.2. Il-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-ħajja tal-iskola; 3.3. Gwida u appoġġ dwar il-karrieri; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Belġju

MiCREATE – Tfal Migranti u Komunitajiet f’Ewropa li Qed Tinbidel

L-objettiv tal-proġett MiCREATE huwa li jħeġġeġ l-inklużjoni ta’ gruppi diversi ta’ tfal migranti billi jiġi adottat approċċ iċċentrat fuq it-tfal għall-integrazzjoni ta’ tfal migranti fil-livell ta’ edukazzjoni u politika. B’riżultat tal-ħtieġa li l-politiki eżistenti dwar l-integrazzjoni jiġu rieżaminati, il-proġett tar-riċerka għandu l-mira li jeżamina b’mod komprensiv il-proċessi kontemporanji tal-integrazzjoni ta’ tfal migranti biex tittejjeb l-aġenzija, il-parteċipazzjoni, u l-benesseri tagħhom.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel; 1.3. It-tmexxija tal-iskejjel; 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.2. Il-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-ħajja tal-iskola; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 3.9. Rifuġjati, migranti u Roma

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EN; ES; ET; FI; FR; GA; HR; HU; IS; IT; LT; MK; MT; NL; NO; PL; PT; RO; SK; SL; SR; SV; TR

Pajjiż: Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

RESL.eu Toolkit for identifying and monitoring students and schools at risk of ESL

The toolkit developed as part of the valorisation of the findings by the Reducing Early School Leaving in Europe (RESL.eu) research project aims to support practitioners working with youth in identifying and monitoring students and schools in need of greater care and support. It is primarily focused on the situation of those young people who are at risk of school disengagement and early school leaving. The toolkit is primarily dedicated to school staff: principals, teachers, educators, pedagogical counsellors, class tutors and school psychologists. However, it might be also helpful for other educational specialists working in education policies and in alternative learning pathways.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 3. Appoġġ lill-istudenti

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju

Lingwa: EN

Pajjiż: Awstrija; Belġju; Portugall; Spanja; Svezja; Ungerija

SKWADRI MOBBLI

L-Iskwadri Mobbli nħolqu biex jappoġġjaw lill-iskejjel fl-indirizzar ta' firxa ta' fatturi li jistgħu jwasslu għat-tluq bikri mill-iskola. Is-servizzi tal-'Iskwadri Mobbli' jintalbu mill-korp ta' tmexxija tal-iskola u jistgħu jirreferu għal: assenteiżmu u tluq mill-iskola; problemi ta' mġiba; konflitti bejn l-adulti; taħriġ tal-persunal edukattiv; u assistenza lill-istudenti, lill-membri tal-persunal u lill-kapijiet tal-iskola. F'każ ta' sitwazzjonijiet aktar ikkumplikati, l-"Iskwadra Mobbli" tista' tiddeċiedi li tirreferi l-każ lil servizzi aktar xierqa.

Oqsma: 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 4.1. Komunikazzjoni u informazzjoni; 5.1. Timijiet multidixxiplinari

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Belġju

Urir r-riżultati 10 li jmiss