L-istudenti jistgħu jgħaddu minn perjodi diffiċli fil-ħajja soċjali u/jew familjari tagħhom jew jista’ jkollhom esperjenzi negattivi fl-iskola li jiżvijawhom. Hu importanti li d-diffikultajiet fit-tagħlim, il-problemi soċjoemozzjonali, jew in-nuqqas ta’ impenn jingħarfu minn kmieni, qabel ma joħorġu fid-dieher bl-assenteiżmu mill-iskola jew bi mġiba mhux xierqa. L-iskejjel iridu jistabbilixxu sistema tat-twissija bikrija u monitoraġġ b’kollaborazzjoni mal-familja. L-identifikazzjoni u l-monitoraġġ effettivi ma għandhomx jitqiesu bħala proċess burokratiku u dixxiplinarju li jirreġistra u jirrispondi biss għall-inċidenti ta’ assenteiżmu jew imġiba ħażina, iżda aktar bħala sistema (tat-twissija) li tkun ta’ spalla. L-istudenti jridu jkunu jafu li huma importanti u li hemm min qed jieħu ħsiebhom.
Filwaqt li l-monitoraġġ tal-attendenza u tal-progress fit-tagħlim jibqgħu importanti, hija meħtieġa wkoll perspettiva usa’ tal-istudent u tas-sitwazzjoni partikolari tiegħu. Is-sejbien bikri għandu jkun ibbażat fuq perspettiva komprensiva tal-individwu li tinkludi wkoll il-fatturi soċjali, familjari u emozzjonali. Għandu jitqies ukoll l-impatt ta’ avvenimenti kritiċi fil-ħajja (fosthom avvenimenti trawmatiċi) fuq l-iżvilupp personali taż-żgħażagħ.
Il-monitoraġġ ifisser li jinżamm rekord kontinwu ta’ firxa wiesgħa ta’ aspetti, fosthom il-benesseri soċjoemozzjonali, is-sens ta’ appartenenza fl-iskola, il-proċessi tat-tagħlim, il-livelli tal-kisba, l-attendenza, l-imġiba u kull informazzjoni rilevanti oħra dwar l-istudenti. Dawn il-proċessi konjittivi u emozzjonali, għalkemm aktar diffiċli biex jiġu mmonitorjati, jistgħu jipprovdu indikazzjonijiet ferm aktar f’waqthom dwar it-tnaqqis fil-parteċipazzjoni fl-iskola, qabel ma dan jissarraf fi skartar u mġiba ħażina. Mhux dan kollu jrid jiġi rreġistrat b’mod formali, iżda jista’ jkun utli biex jiġu identifikati bidliet li jistgħu jindikaw fatturi li aktarx ixekklu lill-istudenti fl-iżvilupp u fil-kisba edukattiva tagħhom. L-indikaturi anqas espliċiti tal-problemi soċjoemozzjonali jinqabdu l-aħjar mill-għalliema u mill-persunal tal-appoġġ meta dawn ikollhom relazzjonijiet ta’ fiduċja u kura mal-istudenti individwali, u jikkollaboraw mill-qrib mal-familji tal-istudenti.
Jistgħu jintużaw metodi u rutini differenti iżda huwa essenzjali li l-identifikazzjoni tal-istudenti f’riskju tkun segwita b’intervent malajr u mmirat. Tliet livelli ta’ intervent huma:
- Appoġġ universali – għall-istudenti kollha
- Appoġġ immirat – għal gruppi ta’ studenti b’livelli moderati ta’ riskju jew ħtieġa
- Appoġġ individwali – intervent intensiv f’livelli kroniċi jew għoljin ħafna ta’ riskju jew ħtieġa
L-identifikazzjoni tas-sinjali ta’ problemi għandha twassal għal reazzjoni immedjata permezz ta’ qafas ta’ appoġġ ħolistiku u orjentat lejn il-komunità, biex l-istudenti jkollhom l-għajnuna biex jegħlbu d-diffikultajiet u jkomplu fit-triq edukattiva tagħhom. Interventi speċifiċi jridu jkunu akkumpanjati b’monitoraġġ u valutazzjonijiet mill-qrib. Dawn il-valutazzjonijiet għandhom jinkludu hard indicators, bħaċ-ċifri tal-iskartar, kif ukoll soft indicators, bħal stħarriġ tal-benesseri u s-sens ta’ appartenenza tal-istudenti fl-iskola.
Sir af aktar:
Il-Kummissjoni Ewropea, Early warning systems in Europe: practice, methods and lessons. Grupp ta’ Ħidma Tematiku dwar it-Tluq Bikri mill-Iskola, Brussell, 2013.
Il-Kummissjoni Ewropea/EACEA/Eurydice/Cedefop,Tackling Early Leaving from Education and Training in Europe: Strategies, Policies and Measures, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2014.
Juhasz, J., Final report on Crocoos – Cross-sectoral cooperation focused solutions for the prevention of early school leaving project background research, is-Sezzjoni II, il-Fondazzjoni Pubblika Tempus, Budapest, 2015, pp. 3- 8.
Nouwen, W., Clycq, N., Braspenningx, M., u Timmerman, C., Cross-case Analyses of School-based Prevention and Intervention Measures, Project Paper 6, il-proġett RESl.eu, iċ-Ċentru għall-Istudji dwar il-Migrazzjoni u l-Istudji Interkulturali, l-Università ta’ Antwerp, 2016.
Qari addizzjonali:
Baker, D. u Jansen, J., ’Using groups to reduce elementary school absenteeism’, Social Work in Education, Vol. 22, 2000, pp. 46-53.
Gresham, F.M., Hunter, K.K., Corwin, E.P. u Fischer, A.J., ’Screening, Assessment, Treatment, and Outcome Evaluation of Behavioral Difficulties in an RTI Model’, Exceptionality: A Special Education Journal, Vol. 21, Nru 1, 2013, pp. 19-33.
Lehr, C. A., Sinclair, M. F., u Christenson, S. L., ’Addressing student engagement and truancy prevention during the elementary years: A replication study of the Check & Connect model’, Journal of Education for Students Placed At Risk, Vol. 9, Nru 3, 2004, pp. 279-301.
Licht, B. G., Gard, T., u Guardino, C., ’Modifying school attendance of special education high school students’, Journal of Educational Research, Vol. 84, 1991, pp. 368-373.
McCluskey, C. P., Bynum, T. S., u Patchin, J. W., ’Reducing chronic absenteeism: An assessment of an early truancy initiative’, Crime & Delinquency, Vol. 50, Nru 2, 2004, pp. 214-234.
Reinke, W. M., Splett, J. D., Robeson, E. N., Offutt, C. A., ’Combining school and family interventions for the prevention and early intervention of disruptive behavior problems in children: a public health perspective’, Psychology in the Schools, Vol. 46, Nru 1, 2009, pp. 33-43.
Sutphen, R.D., Ford, J.P., u Flaherty, C., ’Truancy interventions: A review of the research literature’, Research on Social Work Practice, Vol. 20, 2010, pp. 161-171.