3. Appoġġ lill-istudenti

3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju

L-istudenti jistgħu jgħaddu minn perjodi diffiċli fil-ħajja soċjali u/jew familjari tagħhom jew jista’ jkollhom esperjenzi negattivi fl-iskola li jiżvijawhom. Hu importanti li d-diffikultajiet fit-tagħlim, il-problemi soċjoemozzjonali, jew in-nuqqas ta’ impenn jingħarfu minn kmieni, qabel ma joħorġu fid-dieher bl-assenteiżmu mill-iskola jew bi mġiba mhux xierqa. L-iskejjel iridu jistabbilixxu sistema tat-twissija bikrija u monitoraġġ b’kollaborazzjoni mal-familja. L-identifikazzjoni u l-monitoraġġ effettivi ma għandhomx jitqiesu bħala proċess burokratiku u dixxiplinarju li jirreġistra u jirrispondi biss għall-inċidenti ta’ assenteiżmu jew imġiba ħażina, iżda aktar bħala sistema (tat-twissija) li tkun ta’ spalla. L-istudenti jridu jkunu jafu li huma importanti u li hemm min qed jieħu ħsiebhom.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

It-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola b’intrapriża ta’ prattika (RUSESL)

L-għan ewlieni tal-proġett RUSESL huwa li jipprevjeni t-tluq bikri mill-iskola (ESL) għall-istudenti fl-aħħar snin tal-iskola sekondarja, grupp fil-mira li ħafna drabi jiġi injorat, peress li d-definizzjoni legali tal-ESL tirreferi għan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni fl-iskola qabel l-età ta’ 16 jew qabel ma jtemmu 3 snin ta’ edukazzjoni post-primarja.

Qasam: 3. Appoġġ lill-istudenti

Suboqsma: 3.2. Il-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-ħajja tal-iskola; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; GA; HR; HU; IS; IT; LT; LV; MK; MT; NL; NO; PL; PT; RO; SK; SL; SR; SV; TR

Pajjiż: Bulgarija; Italja; Litwanja; Spanja; Ġermanja

MiCREATE – Tfal Migranti u Komunitajiet f’Ewropa li Qed Tinbidel

L-objettiv tal-proġett MiCREATE huwa li jħeġġeġ l-inklużjoni ta’ gruppi diversi ta’ tfal migranti billi jiġi adottat approċċ iċċentrat fuq it-tfal għall-integrazzjoni ta’ tfal migranti fil-livell ta’ edukazzjoni u politika. B’riżultat tal-ħtieġa li l-politiki eżistenti dwar l-integrazzjoni jiġu rieżaminati, il-proġett tar-riċerka għandu l-mira li jeżamina b’mod komprensiv il-proċessi kontemporanji tal-integrazzjoni ta’ tfal migranti biex tittejjeb l-aġenzija, il-parteċipazzjoni, u l-benesseri tagħhom.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel; 1.3. It-tmexxija tal-iskejjel; 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.2. Il-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-ħajja tal-iskola; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 3.9. Rifuġjati, migranti u Roma

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EN; ES; ET; FI; FR; GA; HR; HU; IS; IT; LT; MK; MT; NL; NO; PL; PT; RO; SK; SL; SR; SV; TR

Pajjiż: Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

Rescur Isserfjar tal-Mewġ – Kurrikulu ta’ Reżiljenza

Rescur Isserfjar tal-Mewġ kien proġett ta’ Comenius tal-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja ta’ tliet snin li żviluppa kurrikulu ta’ reżiljenza għall-edukazzjoni bikrija u primarja fl-Ewropa permezz ta’ kollaborazzjoni interkulturali u transnazzjonali.

Oqsma: 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri

Suboqsma: 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.2. Il-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-ħajja tal-iskola; 3.4. Il-kurrikulu u l-mogħdijiet tat-tagħlim; 3.5. It-tagħlim u l-assessjar; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 3.8. Appoġġ immirat: il-Lingwa; 3.9. Rifuġjati, migranti u Roma; 3.10. Appoġġ immirat: il-ħtiġijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet fit-tagħlim; 3.11. Appoġġ immirat: Sfond soċjoekonomiku żvantaġġat; 4.1. Komunikazzjoni u informazzjoni; 4.4. Tagħlim fil-familja

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; GA; HR; HU; IS; IT; LT; LV; MK; MT; NL; NO; PL; PT; RO; SK; SL; SR; SV; TR

Pajjiż: Bulgarija; Greċja; Irlanda; Italja; Kroazja; Litwanja; Malta; Portugall; Svezja; Turkija

Urir r-riżultati 10 li jmiss