3. Appoġġ lill-istudenti

3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju

L-istudenti jistgħu jgħaddu minn perjodi diffiċli fil-ħajja soċjali u/jew familjari tagħhom jew jista’ jkollhom esperjenzi negattivi fl-iskola li jiżvijawhom. Hu importanti li d-diffikultajiet fit-tagħlim, il-problemi soċjoemozzjonali, jew in-nuqqas ta’ impenn jingħarfu minn kmieni, qabel ma joħorġu fid-dieher bl-assenteiżmu mill-iskola jew bi mġiba mhux xierqa. L-iskejjel iridu jistabbilixxu sistema tat-twissija bikrija u monitoraġġ b’kollaborazzjoni mal-familja. L-identifikazzjoni u l-monitoraġġ effettivi ma għandhomx jitqiesu bħala proċess burokratiku u dixxiplinarju li jirreġistra u jirrispondi biss għall-inċidenti ta’ assenteiżmu jew imġiba ħażina, iżda aktar bħala sistema (tat-twissija) li tkun ta’ spalla. L-istudenti jridu jkunu jafu li huma importanti u li hemm min qed jieħu ħsiebhom.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

AFYA

AFYA stands for ‘Health & Wellbeing’ in Arabic and Swahili. The project aims to promote the holistic health of people with refugee and migration experiences and work responsibly and confidentially with sensitive topics related to trauma and mental health.

Qasam: 3. Appoġġ lill-istudenti

Suboqsma: 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 3.9. Rifuġjati, migranti u Roma

Lingwa: EN

Pajjiż: Awstrija

Ikkowċjar taż-Żgħażagħ (Jugendcoaching)

L-Ikkowċjar taż-Żgħażagħ joffri gwida liż-żgħażagħ ta’ 14-il sena u akbar. Il-gruppi fil-mira ewlenin jinkludu studenti fid-9 grad, żgħażagħ li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) u li ma għandhomx aktar minn 19-il sena, u żgħażagħ bi ħtiġijiet tal-edukazzjoni speċjali li ma għandhomx aktar minn 24 sena. Huwa jimmira li jnaqqas it-tluq bikri mill-iskola u li jappoġġja lill-istudenti fl-għażla tal-karriera futura tagħhom u/jew fit-triq edukattiva. Il-parteċipazzjoni fl-Ikkowċjar taż-Żgħażagħ hija mingħajr ħlas u fuq bażi volontarja.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.3. Gwida u appoġġ dwar il-karrieri; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 3.8. Appoġġ immirat: il-Lingwa; 3.9. Rifuġjati, migranti u Roma; 3.10. Appoġġ immirat: il-ħtiġijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet fit-tagħlim; 3.11. Appoġġ immirat: Sfond soċjoekonomiku żvantaġġat; 4.1. Komunikazzjoni u informazzjoni; 5.1. Timijiet multidixxiplinari; 5.2. In-netwerks tal-partijiet interessati; 5.3. Sħubijiet: L-impjegaturi u n-negozji; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT

Pajjiż: Awstrija

Iċ-ċentru tal-apprendiment f’TGM (Technologisches Gewerbemuseum)

Iċ-ċentru tal-apprendiment ġie implimentat f’TGM (kulleġġ tekniku sekondarju ta’ livell għoli) bħala esperiment tal-iskola matul is-sena skolastika 2016/17. Huwa ġie implimentat fid-Dipariment tal-Informatika (IT) tal-iskola fi tnejn mill-erba’ klassijiet fl-ewwel sena (jiġifieri Grad 9).
Fiċ-ċentru tal-apprendiment l-istudenti jistudjaw b’mod awtoregolat 20 siegħa fil-ġimgħa. Minn dawn l-20 siegħa, disa' sigħat jikkonċernaw suġġetti tal-edukazzjoni ġenerali (il-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Matematika) u 11-il siegħa jinvolvu suġġetti tal-edukazzjoni vokazzjonali (Inġinerija tas-Softwer, Inġinerija tas-Sistemi, Teknoloġija tal-Midja, Teknoloġija tan-Netwerks). Is-sitt suġġetti tal-iskola l-oħra (il-Ġografija, l-Istorja u l-Edukazzjoni Politika, ix-Xjenzi Naturali, ir-Reliġjon, l-Isport, Sessjoni ta’ Ħidma tal-Kompjuter), li jieħdu 13-il siegħa fil-ġimgħa, xorta għadhom jiġu mgħallma bl-użu ta’ metodi tradizzjonali ta’ tagħlim.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel; 1.3. It-tmexxija tal-iskejjel; 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri; 3.2. Il-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-ħajja tal-iskola; 3.4. Il-kurrikulu u l-mogħdijiet tat-tagħlim; 3.5. It-tagħlim u l-assessjar; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 4.1. Komunikazzjoni u informazzjoni

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Awstrija

Jump@school – Ittestjar ta’ mudell li jiġġieled it-tluq bikri mill-iskola

Biex jipprevjeni t-tluq bikri mill-iskola (ESL), il-proġett Jump@school żviluppa u ttestja mudell ta’ intervent innovattiv u vvaluta l-impatt tiegħu fuq l-attitudni ta’ studenti vulnerabbli lejn l-iskola. Dan involva konsorzju ta’ għaxar imsieħba minn sitt pajjiżi, erba’ skejjel u 480 student ta’ bejn l-14 u s-17-il sena.

Oqsma: 3. Appoġġ lill-istudenti; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 3.11. Appoġġ immirat: Sfond soċjoekonomiku żvantaġġat; 5.1. Timijiet multidixxiplinari; 5.3. Sħubijiet: L-impjegaturi u n-negozji; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; GA; HR; HU; IS; IT; LT; LV; MK; MT; NL; NO; PL; PT; RO; SK; SL; SR; SV; TR

Pajjiż: Awstrija; Italja; Polonja; Spanja; Turkija; Ġermanja

Junior Job Coach – Nappoġġaw l-ewwel passi fil-ħajja tax-xogħol

Il-proġett Junior Job Coach inħoloq biex jgħin lill-istudenti żgħażagħ vulnerabbli li forsi ma jkollhomx esperjenza u ħiliet soċjali meta jidħlu għall-ewwel fil-post tax-xogħol. Il-proġett iqabbilhom bir-reqqa ma’ junior coach imħarreġ sew li ’l bogħod mill-post tax-xogħol jista’ joffri appoġġ u pariri immedjati.

Qasam: 3. Appoġġ lill-istudenti

Suboqsma: 3.3. Gwida u appoġġ dwar il-karrieri; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 3.10. Appoġġ immirat: il-ħtiġijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet fit-tagħlim; 3.11. Appoġġ immirat: Sfond soċjoekonomiku żvantaġġat

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; GA; HR; HU; IS; IT; LT; LV; MK; MT; NL; NO; PL; PT; RO; SK; SL; SR; SV; TR

Pajjiż: Awstrija; Olanda; Renju Unit; Rumanija; Spanja

LISTA TA' KONTROLL U RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦALL-PREVENZJONI TAL-ASSENTEIŻMU U T-TLUQ BIKRI MILL-ISKOLA

Wieħed ma jistax jinnega li interventi mediċi, psikoloġiċi, soċjali, edukattivi u legali huma meħtieġa f'għadd ta' każijiet ta' assenza u tluq bikri mill-iskola, iżda r-riċerka turi wkoll b'mod ċar li f'kull każ, il-persunal tal-iskola u l-għalliema jistgħu jkollhom influwenza deċiżiva. Dan id-dokument jinkludi lista ta' kontroll għall-awtoevalwazzjoni tal-iskejjel, 59 rakkomandazzjoni dettaljata għat-titjib fl-attendenza fl-iskola, għall-impenn tal-istudenti u għall-kultura tal-iskola, kif ukoll proposti għal ftehimiet dwar l-imġiba u eżempji ta' kwestjonarji għall-għalliema u għall-ġenituri. Il-miżuri rakkomandati huma diretti l-aktar lejn il-grupp fil-mira ta' għalliema, kapijiet u ġenituri. Id-dokument ġie tradott mill-manwal ta' Nairz-Wirth, Feldmann, Diexer (2012): Handlungsempfehlungen für Lehrende, Schulleitung und Eltern zur erfolgreichen Prävention von Schulabsentismus und Schulabbruch.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom; 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.3. Gwida u appoġġ dwar il-karrieri; 3.4. Il-kurrikulu u l-mogħdijiet tat-tagħlim; 3.6. It-tagħlim estiż u estrakurrikulari; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 4.1. Komunikazzjoni u informazzjoni; 5.2. In-netwerks tal-partijiet interessati

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Awstrija

MiCREATE – Tfal Migranti u Komunitajiet f’Ewropa li Qed Tinbidel

L-objettiv tal-proġett MiCREATE huwa li jħeġġeġ l-inklużjoni ta’ gruppi diversi ta’ tfal migranti billi jiġi adottat approċċ iċċentrat fuq it-tfal għall-integrazzjoni ta’ tfal migranti fil-livell ta’ edukazzjoni u politika. B’riżultat tal-ħtieġa li l-politiki eżistenti dwar l-integrazzjoni jiġu rieżaminati, il-proġett tar-riċerka għandu l-mira li jeżamina b’mod komprensiv il-proċessi kontemporanji tal-integrazzjoni ta’ tfal migranti biex tittejjeb l-aġenzija, il-parteċipazzjoni, u l-benesseri tagħhom.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel; 1.3. It-tmexxija tal-iskejjel; 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.2. Il-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-ħajja tal-iskola; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 3.9. Rifuġjati, migranti u Roma

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EN; ES; ET; FI; FR; GA; HR; HU; IS; IT; LT; MK; MT; NL; NO; PL; PT; RO; SK; SL; SR; SV; TR

Pajjiż: Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

RESL.eu Toolkit for identifying and monitoring students and schools at risk of ESL

The toolkit developed as part of the valorisation of the findings by the Reducing Early School Leaving in Europe (RESL.eu) research project aims to support practitioners working with youth in identifying and monitoring students and schools in need of greater care and support. It is primarily focused on the situation of those young people who are at risk of school disengagement and early school leaving. The toolkit is primarily dedicated to school staff: principals, teachers, educators, pedagogical counsellors, class tutors and school psychologists. However, it might be also helpful for other educational specialists working in education policies and in alternative learning pathways.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 3. Appoġġ lill-istudenti

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju

Lingwa: EN

Pajjiż: Awstrija; Belġju; Portugall; Spanja; Svezja; Ungerija

Stop-Dropout!

L-objettiv globali tal-proġett huwa li jnaqqas ir-rati ta’ tluq mill-iskola ta’ studenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, billi jipprovdi materjali u għodod lill-konsulenti u lill-ħarrieġa biex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom fil-ħidma ma’ gruppi, li jidentifika studenti potenzjali li jitilqu mill-iskola u l-karatteristiċi speċjali ta’ gruppi tal-istudenti, jipprovdi appoġġ aġġustat għall-ħtiġijiet individwali, u b’hekk itejjeb il-kwalità tas-sistemi tal-edukazzjoni vokazzjonali tagħhom.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 3. Appoġġ lill-istudenti; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 3.8. Appoġġ immirat: il-Lingwa; 3.9. Rifuġjati, migranti u Roma; 3.10. Appoġġ immirat: il-ħtiġijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet fit-tagħlim; 3.11. Appoġġ immirat: Sfond soċjoekonomiku żvantaġġat; 5.1. Timijiet multidixxiplinari; 5.2. In-netwerks tal-partijiet interessati; 5.3. Sħubijiet: L-impjegaturi u n-negozji; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Awstrija; Repubblika Ċeka; Slovenja; Ġermanja

Young AduLLLt Project

The international comparative research project “Policies Supporting Young Adults in their Life Course. A Comparative Perspective of Lifelong Learning and Inclusion in Education and Work in Europe” (YOUNG_ADULLLT) focuses on lifelong learning (LLL) policies for young adults, at upper secondary school level and beyond, in particular those in situations of near social exclusion.

The report examines the relationship and complementarity between LLL policies and young people’s social conditions, and assesses the potential implications and effects on young adults’ life courses. The project is conducting a critical analysis of current developments of LLL European policies in order to prevent ill-fitted policies from worsening existing inequalities. It will also identify best practices and patterns of coordinating policy-making at local/regional level.

Oqsma: 3. Appoġġ lill-istudenti; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suberja: 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju

Lingwa: EN

Pajjiż: Awstrija; Bulgarija; Finlandja; Italja; Kroazja; Portugall; Renju Unit; Spanja; Ġermanja

Urir r-riżultati 10 li jmiss