L-attivitajiet estrakurrikulari u l-attivitajiet edukattivi barra mill-iskola jistgħu jkunu komponent akkademiku qawwu jew approċċ iżjed informali għat-tagħlim u l-iżvilupp. Dawn l-attivitajiet, meta jkunu kompatibbli u koerenti mal-għanijiet edukattivi, jistgħu jipprovdu opportunitajiet addizzjonali għaż-żgħażagħ biex jirnexxu u jistgħu jżidu l-motivazzjoni u s-sens ta’ appartenenza mal-iskola li jaf ikunu nieqsa fost l-istudenti. L-attivitajiet estrakurrikulari u l-attivitajiet edukattivi barra mill-iskola għandhom jitfasslu b’mod li jikkumplimentaw it-twassil tal-kurrikulu u jimmassimizzaw il-parteċipazzjoni tal-istudenti u l-inklużjoni soċjali. Dawn jistgħu jissawru b’koperazzjoni mal-ġenituri, organizzazzjonijiet, is-servizzi u NGOs lokali u jkunu jinvolvu voluntiera mill-komunità.

Instab li l-attivitajiet estrakurrikulari huma ta’ benefiċċju għall-istudenti f’riskju għax inaqqsu bil-qawwa r-rati tal-abbandun bikri mill-iskola. Ir-riċerka preżenti turi li l-parteċipazzjoni u l-ħakma fl-attivitajiet estrakurrikulari bbażati fl-iskola, xi drabi huma aktar diffiċli biex jinkisbu mill-aktar istudenti vulnerabbli, iżda r-rikumpens għall-involviment tal-istudenti f’riskju f’dawn l-attivitajiet jidher li huwa akbar milli għal oħrajn.
L-arti u l-isports, l-aktar attivitajiet estrakurrikulari komuni, jikkontribwixxu għal titjib fl-awtostima u l-motivazzjoni tal-istudenti kollha, u jista’ jkollhom l-aktar impatt pożittiv sinifikanti fuq l-istudenti b’diffikultajiet fit-tagħlim. Dan huwa l-każ irrispettivament minn jekk id-diffikultajiet jirriżultawx minn ostakli lingwistiċi, l-isfond soċjoekonomiku jew etniku, jew l-imġiba.
Xi attivitajiet estrakurrikulari jiżguraw li l-istudenti jkollhom il-ħin estiż għat-tagħlim u l-opportunitajiet barra l-klassi li jista’ jkollhom bżonn. Fost il-prattiċi li rnexxew hemm:
- Attivitajiet wara l-iskola bħall-klabbs tal-homework u tat-tagħlim;
- Attivitajiet fil-libreriji li jtejbu l-litteriżmu jew jappoġġaw ix-xogħol tad-dar;
- Għajnuna u attivitajiet akkademiċi u mhux akkademiċi offruti fi tmiem il-ġimgħa jew matul il-brejks tal-iskola; u
- Programmi ta’ mentoraġġ u tutoraġġ fl-iskola u barra mill-iskola.
Sir af aktar:
Il-proġett RESL.eu - Reducing Early School Leaving in the EU pjattaforma online
Proġett tal-FP6 INCLUD-ED, Actions for Success in European Schools, il-Kummissjoni Ewropea, Brussell, 2009
Flecha, R., Successful Educational Action for Inclusion and Social Cohesion in Europe, Springer Publishing Company, Heidelberg, New York, Dordrecht, Londra, 2015.