3.1. Il-benesseri tal-istudenti
L-approċċi skolastiċi sħaħ jagħtu attenzjoni lill-klima ġenerali tal-iskola. L-ambjent tat-tagħlim ikun sikur u jinteressah mill-persuni jekk jappoġġa r-relazzjonijiet pożittivi fost l-għalliema, il-persunal tal-iskola u l-istudenti. Pereżempju, ambjenti fiżiċi sikuri, akkoljenti u stimulanti, kif ukoll l-isports u attivitajiet fiżiċi regolari għall-istudenti kollha huma importanti. L-iskejjel jistgħu jinvestu f’ġestjoni tal-kunflitti fi ħdan l-ispazji komuni tal-iskola biex jippromwovu kultura ta’ djalogu u diversità. Dawn il-kundizzjonijiet tat-tagħlim u tal-kuntest jgħinu biex jinħolqu klima pożittiva u sens ta’ appartenenza għall-istudenti kollha.
L-istudenti kollha – iżda l-aktar dawk b’diffikultajiet fit-tagħlim jew b’diżabilitajiet, jew li qed jitħabtu ma’ sfidi personali, soċjali jew emozzjonali – għandhom bżonn aċċess faċli għal għalliema u professjonisti oħra li jistgħu jwiżnuhom fl-iżvilupp edukattiv u personali tagħhom. Il-counselling u l-mentoraġġ jistgħu jipprovdu gwida dwar il-karrieri filwaqt li l-attivitajiet kulturali u estrakurrikulari huma importanti biex iwessgħu l-ħiliet soċjali u personali tagħhom.
Firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ appoġġ u counselling li huma bbażati fuq viżjoni komprensiva tal-individwu jistgħu jinkludu wkoll is-servizzi soċjali u s-servizzi relatati mal-familja. Barra minn hekk għandu jitqies l-impatt ta’ avvenimenti kritiċi fil-ħajja (fosthom avvenimenti trawmatiċi) fuq l-iżvilupp personali taż-żgħażagħ. Dan għandu jinkludi appoġġ emozzjonali u psikoloġiku, li għandu jingħata fl-iskola jew b’rabta mal-aġenziji u s-servizzi lokali. Appoġġ bħal dan għandu jiffoka fuq it-tiswir tal-awtostima, il-fiduċja u l-motivazzjoni tal-istudent, li liż-żgħażagħ jagħtuhom iċ-ċans jaħsbu b’mod aktar pożittiv dwar il-futur tagħhom. Anki sehem tal-kowċis jew mentors li jaħdmu fl-istess qasam jista’ jkun effettiv għax dawn jipprovdu appoġġ soċjoemozzjonali.
L-għalliema u l-persunal ieħor tal-iskola għandhom jingħataw opportunitajiet biex jiżviluppaw professjonalment u hekk ikunu jistgħu jgħinu lill-istudenti li jkollhom bżonn appoġġ emozzjonali addizzjonali. Dawn għandhom ikunu jafu b'mezzi xierqa għall-komunikazzjoni u jkollhom aċċess għalihom ħalli jaqsmu l-informazzjoni personali dwar l-istudenti u jiksbu aċċess biex dawk l-istudenti jingħataw appoġġ addizzjonali. Anki l-benesseri emozzjonali tal-persunal għandu jitwieżen.
L-istħarriġ u l-evalwazzjonijiet tal-klima tal-iskola għandhom jintużaw deliberatament u b’mod sistematiku. Dawn għandhom jinvolvu lill-għalliema u lill-istudenti kollha fl-iskola: l-istudenti għandhom jiġu involuti fl-analiżi u l-ippjanar.
L-iskejjel għandu jħaddmu wkoll strateġiji kontra l-bullying. Dawn l-istrateġiji għandhom jindirizzaw kull forma ta’ bullying, inkluż is-cyberbullying, ħalli jiżguraw ambjent sikur u jwieġbu b’mod effettiv il-każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tat-tfal; teżisti riċerka estensiva dwar metodi effettivi biex jiġu indirizzati l-bullying u l-vittimizzazzjoni fl-iskejjel. Fl-istess ħin, il-miżuri biex jiġu miġġielda t-trattament degradanti u l-bullying għandhom ikunu bbażati fuq iċ-ċirkustanzi proprji tal-iskola.
Evidenza mir-riċerka: l-Iżvezja
Din l-evalwazzjoni tal-miżuri biex ikun evitat u megħlub il-bullying hija bbażata fuq dejta kwalitattiva u kwantitattiva minn 39 skola. Din issegwi tmien programmi kontra l-bullying: il-Metodu Farsta Method, Friends, Lions Quest, il-Programm Olweus, SET (Social Emotional Training), School Comet, School Mediation, u Second Step.
L-ebda skola ma użat programm wieħed biss, iżda minflok taħlita ta’ miżuri u programmi. Dawn sabu li miżuri differenti kellhom effetti differenti għas-subien u għall-bniet, u għall-bullying soċjali jew fiżiku. L-ebda programm waħdu ma kellu effett pożittiv drammatiku iżda l-iskejjel kellhom aktar suċċess meta ħadu approċċ sistematiku li jħaddem bosta miżuri. L-evalwazzjoni tirrapporta l-esperjenzi tal-iskejjel bil-programmi differenti u kemm għenu biex jonqos il-bullying.
L-Aġenzija Nazzjonali Żvediża għall-Edukazzjoni, Evaluation of anti-bullying methods (2011)
Aktar informazzjoni:
It-Tmien Forum Ewropew dwar id-Drittijiet tat-Tfal, The Role of Child Protection Systems in Protecting Children from Bullying and Cyberbullying, Brussell, is-17 u t-18 ta’ Diċembru 2013.
Farrington, D.P. u Ttofi, M., School-Based Programs to Reduce Bullying and Victimization: A Systematic Review, The Campbell Collaboration, Oslo, 2010.
Nouwen, W., Clycq, N., Braspenningx, M., u Timmerman, C., Cross-case Analyses of School-based Prevention and Intervention Measures, Project Paper 6, il-proġett RESl.eu, iċ-Ċentru għall-Istudji dwar il-Migrazzjoni u l-Istudji Interkulturali, l-Università ta’ Antwerp, 2016.
L-Aġenzija Nazzjonali Żvediża għall-Edukazzjoni, Evaluation of anti-bullying methods, Rapport 353, Skolverket, Stokkolma, 2011.
Unicef, Rights Respecting Schools Award, pjattaforma online.
Qari addizzjonali:
Anderson, A. R., Christenson, S. L., Sinclair, M. F., u Lehr, C. A., ’Check and Connect: The importance of relationships for promoting engagement with school’, Journal of School Psychology, Vol. 42, 2004, pp. 95-113.
Downes, P., ’The neglected shadow: Some European perspectives on emotional supports for early school leaving prevention’, International Journal of Emotional Education, Vol. 3 Nru 2, 2011, pp. 3-39.
Gresham, F. M., ’Evidence-based social skills interventions: Empirical foundations for instructional approaches’, F’Shinn, M.R. u Walker, H.M. (Ed.), Interventions for achievement and behavior problems in a three-tier model including RTI., National Association of School Psychologists, Bethesda, MD, 2010, pp. 337-362.
Scheel, M., Madabhushi, S., u Backhaus, A., ’The academic motivation of at-risk students in a counseling prevention programme’, The Counseling Psychologist, Vol. 37, 2009, pp. 1147-1178.
Sinclair, M. F., Christenson, S. L., u Thurlow, M. L., ’Promoting school completion of urban secondary youth with emotional or behavioral disabilities’, Exceptional Children, Vol. 71 Nru 4, 2005, pp. 465-482.
Skinner, E.A. u Pitzer, J.R., ’Developmental Dynamics of Student Engagement, Coping, and Everyday Resilience’, fi Christenson, S.L., Reschly, A.L., Wylie, C. (Ed.)
Handbook of Research on Student Engagement, New York, Springer, 2012, pp. 21-44.
White, S. W., u Kelly, F. D., ’The school counselor’s role in school dropout prevention’,. Journal of Counseling & Development, Vol, 88, 2010, pp. 227–235.