2. L-għalliema

2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom

Kemm l-edukazzjoni inizjali tal-għalliema (ITE) kif ukoll l-iżvilupp professjonali kontinwu (CPD) tagħhom huma ferm essenzjali biex ikun żgurat li l-għalliema jkollhom il-kompetenzi, il-ħiliet u l-għarfien biex ikunu jistgħu jindirizzaw bosta sitwazzjonijiet fil-klassi. Il-maestrija professjonali hija assoċjata ferm mas-sodisfazzjon tal-għalliema. Dan huwa b’mod partikolari l-każ għall-għalliema li jaħdmu f’kuntesti aktar diffiċli, bħall-iskejjel li għandhom studenti bi żvantaġġi soċjoekonomiċi u edukattivi u gruppi ta’ studenti eteroġeni ħafna.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

Flimkien sat-Tmiem

Dan il-proġett fi Fjandra, il-Belġju, huwa speċifikament immirat biex jintroduċi kultura ta' skola u firxa ta' miżuri biex tiġi evitata r-ripetizzjoni tas-sena bl-għan li t-tfal kollha jkollhom suċċess u jiġi evitat it-tluq bikri mill-iskola.

Qasam:

Suberja:

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Belġju

Il-Ferrovija tat-Tagħlim

F'Antwerp, il-Belġju, l-għalliema studenti jistgħu jivvolontarjaw fl-NGO Schoolbridge sabiex jieħdu sehem fl-inizjattiva tal-Ferrovija tat-Tagħlim. Minn naħa waħda din l-inizjattivi tagħti lill-għalliema studenti l-esperjenza li jinvolvu ruħhom mal-ġenituri migranti u/jew żvantaġġjati, u min-naħa l-oħra tagħti lill-ġenituri l-ħiliet biex jgħinu lit-tfal tagħhom fit-tagħlim. L-istudenti jaħdmu mal-ġenituri u jgħallmuhom darba fil-ġimgħa għal 60 jew 90 minuta. Dan l-appoġġ huwa mfassal: skont il-ħtiġijiet tal-ġenitur u adattat għal-lezzjoni tal-iskola jew għax-xogħol tad-dar. L-istudenti jiġu mgħallma wkoll mill-ħaddiema soċjali tal-edukazzjoni tal-NGO Schoolbridge, fil-proċess ta' tagħlim tagħhom bħala għalliema jew ħaddiema soċjali futuri, peress li t-tnejn jaħdmu fi sħab mal-ġenituri tal-istudenti.

Qasam:

Suberja:

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Belġju