2. L-għalliema

2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom

Kemm l-edukazzjoni inizjali tal-għalliema (ITE) kif ukoll l-iżvilupp professjonali kontinwu (CPD) tagħhom huma ferm essenzjali biex ikun żgurat li l-għalliema jkollhom il-kompetenzi, il-ħiliet u l-għarfien biex ikunu jistgħu jindirizzaw bosta sitwazzjonijiet fil-klassi. Il-maestrija professjonali hija assoċjata ferm mas-sodisfazzjon tal-għalliema. Dan huwa b’mod partikolari l-każ għall-għalliema li jaħdmu f’kuntesti aktar diffiċli, bħall-iskejjel li għandhom studenti bi żvantaġġi soċjoekonomiċi u edukattivi u gruppi ta’ studenti eteroġeni ħafna.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

It-tagħlim minn Tim fl-Irlanda

Għal ħafna snin fl-Irlanda, bħal fi bnadi oħrajn, it-tagħlim minn tim kien approċċ sottovalutat u mhux użat biżżejjed biex jgħin fit-tagħlim. L-Istħarriġ Internazzjonali dwar it-Tagħlim u l-Edukazzjoni tal-OECD (Teaching and Learning International Survey - TALIS, 2009) f'24 pajjiż jindika li l-qasam l-inqas użat mill-għalliema tal-iskejjel sekondarji ewlenin f'dak li jirrigwarda l-kollaborazzjoni bejniethom huwa fil-klassi, fil-forma ta' tagħlim minn tim. L-aħħar TALIS (2013) jiżvela s-saħħa tat-tagħlim minn tim biex jgħin lill-għalliema kif ukoll lill-istudenti fit-tagħlim tagħhom, waqt li jirrikonoxxi kemm f'ħafna ambjenti ftit li xejn jiġi adottat.

Qasam: 2. L-għalliema

Suboqsma: 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Irlanda