2. L-għalliema

2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom

Kemm l-edukazzjoni inizjali tal-għalliema (ITE) kif ukoll l-iżvilupp professjonali kontinwu (CPD) tagħhom huma ferm essenzjali biex ikun żgurat li l-għalliema jkollhom il-kompetenzi, il-ħiliet u l-għarfien biex ikunu jistgħu jindirizzaw bosta sitwazzjonijiet fil-klassi. Il-maestrija professjonali hija assoċjata ferm mas-sodisfazzjon tal-għalliema. Dan huwa b’mod partikolari l-każ għall-għalliema li jaħdmu f’kuntesti aktar diffiċli, bħall-iskejjel li għandhom studenti bi żvantaġġi soċjoekonomiċi u edukattivi u gruppi ta’ studenti eteroġeni ħafna.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

E-COURSE project – Enhancing the participation of migrant and refugee children

The E-COURSE project aims to improve the access, participation, and learning performance of newly arrived migrants and refugee children in primary school education in Germany, Greece, Italy, France, and Cyprus and at European level to promote their overall integration into the host societies.

Oqsma: 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti

Suboqsma: 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom; 3.9. Rifuġjati, migranti u Roma

Lingwa: EN

Pajjiż: Franza; Greċja; Italja; Ċipru; Ġermanja

In-netwerk ta' studenti Il-Ħajja hija Diversità (Leben ist Vielfalt)

L-għan principali ta' dan in-netwerk huwa li jipprepara lil għalliema studenti biex jgħallmu fi klassijiet diversi. Speċifikament, in-netwerk jimmira li: - jgħin lil għalliema studenti jiżviluppaw sensittività interkulturali; - jispira ideat u jippromwovi l-implimentazzjoni ta' prattiki interkulturali fl-iskejjel; - jaġixxi bħala netwerk għal għalliema studenti li huma interessati fl-inter-kulturalità u fl-eteroġeneità; - jaġixxi bħala forum ta' diskussjoni u skambju dwar sfidi u approċċi fit-tagħlim ta' klassijiet diversi; - jipprovdi lil għalliema studenti b'għarfien speċifiku u esperjenzi prattiċi. Il-grupp jibda l-iskambju ta' informazzjoni u esperjenza dwar it-tagħlim f'ambjent interkulturali, u jorganizza miżuri ta' sostenn għar-refuġjati. Il-pubbliku destinatarju ewlieni tan-netwerk huwa għalliema studenti, iżda għalliema prattikanti u grupp rilevanti oħra bħal staff ta' università huma wkoll fil-mira. In-netwerk fil-bidu kien intenzjonat għal għalliema studenti bi sfond migratorju, iżda malajr mexxa l-attenzjoni tiegħu lejn l-istudenti kollha.

Oqsma: 2. L-għalliema; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri; 2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom; 3.6. It-tagħlim estiż u estrakurrikulari

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Ġermanja

Urir r-riżultati 10 li jmiss