2. L-għalliema

2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom

Kemm l-edukazzjoni inizjali tal-għalliema (ITE) kif ukoll l-iżvilupp professjonali kontinwu (CPD) tagħhom huma ferm essenzjali biex ikun żgurat li l-għalliema jkollhom il-kompetenzi, il-ħiliet u l-għarfien biex ikunu jistgħu jindirizzaw bosta sitwazzjonijiet fil-klassi. Il-maestrija professjonali hija assoċjata ferm mas-sodisfazzjon tal-għalliema. Dan huwa b’mod partikolari l-każ għall-għalliema li jaħdmu f’kuntesti aktar diffiċli, bħall-iskejjel li għandhom studenti bi żvantaġġi soċjoekonomiċi u edukattivi u gruppi ta’ studenti eteroġeni ħafna.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

ATD QUART MONDE - MODULU TA' TAĦRIĠ GĦALL-GĦALLIEMA

ATD quart monde hija NGO Franċiża li tinvolvi individwi li esperjenzaw jew qed jesperjenzaw il-faqar. Fost inizjattivi oħrajn, taħdem ma' 'universitajiet popolari' (universités populaires) fi Franza, bl-għan li tiġġenera u tiġbor għarfien espert mill-membri tagħha - parteċipanti fuq numru ta' kwistjonijiet, fosthom it-trobbija u l-perċezzjoni ta' skola.

Oqsma: 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti

Suboqsma: 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri; 2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom; 3.11. Appoġġ immirat: Sfond soċjoekonomiku żvantaġġat

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Franza