2. L-għalliema

2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom

Kemm l-edukazzjoni inizjali tal-għalliema (ITE) kif ukoll l-iżvilupp professjonali kontinwu (CPD) tagħhom huma ferm essenzjali biex ikun żgurat li l-għalliema jkollhom il-kompetenzi, il-ħiliet u l-għarfien biex ikunu jistgħu jindirizzaw bosta sitwazzjonijiet fil-klassi. Il-maestrija professjonali hija assoċjata ferm mas-sodisfazzjon tal-għalliema. Dan huwa b’mod partikolari l-każ għall-għalliema li jaħdmu f’kuntesti aktar diffiċli, bħall-iskejjel li għandhom studenti bi żvantaġġi soċjoekonomiċi u edukattivi u gruppi ta’ studenti eteroġeni ħafna.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

'Nightingale' - proġett ta' Mentoring u Integrazzjoni

Fil-programm Nightingale, student mill-Università tal-Edukazzjoni tal-Għalliema f'Zug (Pädagogische Hochschule, PH Zug) jitpoġġa f'par ma tifel/tifla ta' bejn 8-12-il sena minn skola primarja b'numru kbir ta' tfal minn sfondi ta' migrazzjoni u/jew minoranza. 11-il student minn PH Zug ipparteċipa fil-programm fl-2016/2017. Il-programm jappoġġja lill-mentor u lit-tifel/tifla biex jiltaqgħu għal madwar sagħtejn jew tlieta fil-ġimgħa matul perjodu ta' bejn sebgħa u tmien xhur. Matul dawn il-laqgħat informali, il-mentor u t-tifel/tifla jipparteċipaw f'attivitajiet flimkien, bħal imorru saż-żoo, saċ-ċinema, jilagħbu l-isports, eċċ. L-għan prinċipali ta' Nightingale huwa li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-fehim transkulturali u t-tagħlim interkulturali ta' għalliema studenti permezz ta' mentoring ta' tfal soċjalment u etnikament diversi. Il-programm ifittex ukoll li jiffaċilita kuntatti bejn studenti universitarji u tfal tal-iskola, u b'hekk inaqqas id-distakk bejn it-teorija u l-prattika fl-edukazzjoni tal-għalliema.

Oqsma: 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti

Suboqsma: 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri; 2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom; 3.1. Il-benesseri tal-istudenti; 3.9. Appoġġ immirat: il-migranti, ir-Roma; 3.11. Appoġġ immirat: Sfond soċjoekonomiku żvantaġġat

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Svizzera

ATD QUART MONDE - MODULU TA' TAĦRIĠ GĦALL-GĦALLIEMA

ATD quart monde hija NGO Franċiża li tinvolvi individwi li esperjenzaw jew qed jesperjenzaw il-faqar. Fost inizjattivi oħrajn, taħdem ma' 'universitajiet popolari' (universités populaires) fi Franza, bl-għan li tiġġenera u tiġbor għarfien espert mill-membri tagħha - parteċipanti fuq numru ta' kwistjonijiet, fosthom it-trobbija u l-perċezzjoni ta' skola.

Oqsma: 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti

Suboqsma: 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri; 2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom; 3.11. Appoġġ immirat: Sfond soċjoekonomiku żvantaġġat

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Franza

Combating drop-out and early school leaving (ESL) in Serbia

UNICEF Serbia and the civil society organisation Centre for Education Policy with the support of the Ministry of Education, Science and Technological Development Republic of Serbia  implemented the project “Combating Early School Leaving in Serbia”.

This project aimed to contribute to decreasing drop-out and early school leaving of children and adolescents through development, establishment, and implementation of the school-based model for early identification of children at risk of dropping out and intervention in situations where dropping-out is taking place.

Combating drop-out and ESL in Serbia has been recognised as a policy priority area.  The Strategy for Education Development in Serbia 2020 (SEDS 2020) calls for the provision of high-quality education for all, an increase of students’ coverage and attainment at all levels of education by maintaining the relevance of education and increasing efficiency. The Strategy implementation is primarily focused on the development of human capital in Serbia, thus underlines importance of the inclusion of pupils from vulnerable and marginalised groups (Roma and children from poor families, children with disabilities and from rural areas etc.).

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel; 2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom; 3.4. Il-kurrikulu u l-mogħdijiet tat-tagħlim; 3.7. Monitoraġġ tal-istudenti f’riskju; 3.11. Appoġġ immirat: Sfond soċjoekonomiku żvantaġġat; 5.1. Timijiet multidixxiplinari

Lingwa: EN

Pajjiż: Serbia

Flimkien sat-Tmiem

Dan il-proġett fi Fjandra, il-Belġju, huwa speċifikament immirat biex jintroduċi kultura ta' skola u firxa ta' miżuri biex tiġi evitata r-ripetizzjoni tas-sena bl-għan li t-tfal kollha jkollhom suċċess u jiġi evitat it-tluq bikri mill-iskola.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti

Suboqsma: 1.1. Il-kultura u l-klima fl-iskejjel; 1.2. L-ippjanar u l-monitoraġġ tal-iskejjel; 2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri; 2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom; 3.2. Il-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-ħajja tal-iskola; 3.3. Gwida u appoġġ dwar il-karrieri; 3.4. Il-kurrikulu u l-mogħdijiet tat-tagħlim; 3.5. It-tagħlim u l-assessjar; 3.10. Appoġġ immirat: il-ħtiġijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet fit-tagħlim

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Belġju

Il-Ferrovija tat-Tagħlim

F'Antwerp, il-Belġju, l-għalliema studenti jistgħu jivvolontarjaw fl-NGO Schoolbridge sabiex jieħdu sehem fl-inizjattiva tal-Ferrovija tat-Tagħlim. Minn naħa waħda din l-inizjattivi tagħti lill-għalliema studenti l-esperjenza li jinvolvu ruħhom mal-ġenituri migranti u/jew żvantaġġjati, u min-naħa l-oħra tagħti lill-ġenituri l-ħiliet biex jgħinu lit-tfal tagħhom fit-tagħlim. L-istudenti jaħdmu mal-ġenituri u jgħallmuhom darba fil-ġimgħa għal 60 jew 90 minuta. Dan l-appoġġ huwa mfassal: skont il-ħtiġijiet tal-ġenitur u adattat għal-lezzjoni tal-iskola jew għax-xogħol tad-dar. L-istudenti jiġu mgħallma wkoll mill-ħaddiema soċjali tal-edukazzjoni tal-NGO Schoolbridge, fil-proċess ta' tagħlim tagħhom bħala għalliema jew ħaddiema soċjali futuri, peress li t-tnejn jaħdmu fi sħab mal-ġenituri tal-istudenti.

Oqsma: 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri

Suboqsma: 2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom; 3.6. It-tagħlim estiż u estrakurrikulari; 4.1. Komunikazzjoni u informazzjoni; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Belġju

In-netwerk ta' studenti Il-Ħajja hija Diversità (Leben ist Vielfalt)

L-għan principali ta' dan in-netwerk huwa li jipprepara lil għalliema studenti biex jgħallmu fi klassijiet diversi. Speċifikament, in-netwerk jimmira li: - jgħin lil għalliema studenti jiżviluppaw sensittività interkulturali; - jispira ideat u jippromwovi l-implimentazzjoni ta' prattiki interkulturali fl-iskejjel; - jaġixxi bħala netwerk għal għalliema studenti li huma interessati fl-inter-kulturalità u fl-eteroġeneità; - jaġixxi bħala forum ta' diskussjoni u skambju dwar sfidi u approċċi fit-tagħlim ta' klassijiet diversi; - jipprovdi lil għalliema studenti b'għarfien speċifiku u esperjenzi prattiċi. Il-grupp jibda l-iskambju ta' informazzjoni u esperjenza dwar it-tagħlim f'ambjent interkulturali, u jorganizza miżuri ta' sostenn għar-refuġjati. Il-pubbliku destinatarju ewlieni tan-netwerk huwa għalliema studenti, iżda għalliema prattikanti u grupp rilevanti oħra bħal staff ta' università huma wkoll fil-mira. In-netwerk fil-bidu kien intenzjonat għal għalliema studenti bi sfond migratorju, iżda malajr mexxa l-attenzjoni tiegħu lejn l-istudenti kollha.

Oqsma: 2. L-għalliema; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri; 2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom; 3.6. It-tagħlim estiż u estrakurrikulari

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Ġermanja

It-tagħlim minn Tim fl-Irlanda

Għal ħafna snin fl-Irlanda, bħal fi bnadi oħrajn, it-tagħlim minn tim kien approċċ sottovalutat u mhux użat biżżejjed biex jgħin fit-tagħlim. L-Istħarriġ Internazzjonali dwar it-Tagħlim u l-Edukazzjoni tal-OECD (Teaching and Learning International Survey - TALIS, 2009) f'24 pajjiż jindika li l-qasam l-inqas użat mill-għalliema tal-iskejjel sekondarji ewlenin f'dak li jirrigwarda l-kollaborazzjoni bejniethom huwa fil-klassi, fil-forma ta' tagħlim minn tim. L-aħħar TALIS (2013) jiżvela s-saħħa tat-tagħlim minn tim biex jgħin lill-għalliema kif ukoll lill-istudenti fit-tagħlim tagħhom, waqt li jirrikonoxxi kemm f'ħafna ambjenti ftit li xejn jiġi adottat.

Qasam: 2. L-għalliema

Suboqsma: 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Irlanda

JOPO - EDUKAZZJONI BAŻIKA FLESSIBBLI

Il-Finlandja qiegħda tiżviluppa metodi u proċeduri ta' tagħlim innovattivi li jissodisfaw il-ħtiġijiet individwali permezz tat-tagħlim ibbażat fuq l-attività, tagħlim fi gruppi żgħar, tagħlim fuq il-post tax-xogħol u ambjenti ta' tagħlim differenti biex jonqos it-tluq bikri mill-iskola.

Oqsma: 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti; 5. L-involviment tal-partijiet interessati

Suboqsma: 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom; 3.4. Il-kurrikulu u l-mogħdijiet tat-tagħlim; 3.6. It-tagħlim estiż u estrakurrikulari; 3.10. Appoġġ immirat: il-ħtiġijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet fit-tagħlim; 5.1. Timijiet multidixxiplinari; 5.3. Sħubijiet: L-impjegaturi u n-negozji; 5.4. Sħubijiet: L-organizzazzjonijiet tal-komunità u s-soċjetà ċivili

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Finlandja

Kondiviżjoni permezz ta’ mikronetwerks fost l-iskejjel

In-netwerk jinvolvi 10 gruppi ta’ skejjel fil-Portugall (il-gruppi jinkludu diversi skejjel minn kindergarten sa sekondarja) li jikkollaboraw fuq għadd ta’ kwistjonijiet, bħall-pjanijiet tat-taħriġ, il-qsim ta’ esperjenzi u metodoloġiji u, f’xi każijiet, anki billi jaqsmu bejniethom ir-riżorsi umani. Barra minn hekk, in-netwerk żviluppa panels tematiċi fejn jiġu diskussi għadd ta’ kwistjonijiet mal-istudenti u l-imsieħba li jintervjenu.

Oqsma: 1. Il-governanza tal-iskejjel; 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti

Suboqsma: 1.4. Il-koperazzjoni fis-sistemi edukattivi; 2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom; 3.2. Il-parteċipazzjoni tal-istudenti fil-ħajja tal-iskola

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Portugall

Kwoti għal studenti minn komunitajiet etniċi u boroż ta' studju għal studenti Roma

Il-gruppi fil-mira tal-kwoti huwa l-membri tal-komunitajiet etniċi li m'għandhomx aċċess għal edukazzjoni għolja fil-lingwa tagħhom. Il-miżura tikkonċerna r-reġistrazzjoni ta' studenti f'edukazzjoni għolja. Kwoti huma ddefiniti skont il-Liġi dwar l-Istandard tal-Istudenti tal-2013, iżda kull sena l-Gvern jiddefinixxi l-perċentwal tal-kwoti. Normalment il-kwoti jirrappreżentaw 10% tan-numru totali ta' studenti li qed jistudjaw għall-ewwel grad universitarju rreġistrati fil-fakultajiet pubbliċi kollha. Il-boroż ta' studju f'edukazzjoni għolja huma mmirati lejn bosta kategoriji: 50% għal studenti minn sfondi soċjalment vulnerabbli, 30% għal studenti bl-aktar kisbiet akkademiċi avvanzati, u 20% għal studenti li qed japplikaw għal programmi ta' studju ta' importanza kbira għall-iżvilupp tas-soċjetà (bħala elettroteknika, kostruzzjoni ta' magni, bijoteknika, mediċina, matematika u xjenzi naturali). Mis-sena akkademika 2015/16, studenti Roma huma inklużi bħala pubbliku destinatarju speċifiku li huwa intitolat għal boroż ta' studju. Roma huma l-unika eċċezzjoni bbażata fuq l-etniċità. Boroż ta' studju għal studenti Roma ġew introdotti għall-ewwel darba fis-sena akkademika 2016/17.

Qasam: 2. L-għalliema

Suboqsma: 1.4. Il-koperazzjoni fis-sistemi edukattivi; 2.3. L-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom; 3.9. Appoġġ immirat: il-migranti, ir-Roma; 3.11. Appoġġ immirat: Sfond soċjoekonomiku żvantaġġat

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Maċedonja ta' Fuq

Urir r-riżultati 10 li jmiss