2.2. L-għalliema u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istudenti u mal-ġenituri
Hu importanti li tinbena relazzjoni ta’ appoġġ fit-tul bejn l-għalliem u l-istudent ħalli jitjiebu l-impenn u l-kisbiet tal-istudenti. Ir-relazzjonijiet pożittivi mal-istudenti jżidu wkoll is-sodisfazzjon tal-għalliema fix-xogħol tagħhom. Ir-relazzjonijiet ibbażati fuq ir-rispett, il-koperazzjoni u l-fiduċja bejn l-għalliema u l-istudenti, il-ġenituri tagħhom u l-komunità usa’, jinfluwenzaw ukoll l-eżiti pożittivi tat-tagħlim.
Fost l-elementi essenzjali għal dawn ir-relazzjonijiet hemm:
- Li jitfasslu aspettattivi għoljin biex jintlaħqu mill-istudenti tagħhom.
- Li jinħolqu u jinżammu ambjent inklużiv u ta’ kura fil-klassi u kultura ta’ fiduċja.
- Li jinftiehem l-iżvantaġġ edukattiv: jiġifieri li jkun aċċettat li xi studenti jaf ikunu ġejjin minn sfondi familjari u soċjali li ma jkunux vantaġġużi għat-tagħlim u li jaf ikunu jeħtieġu appoġġ addizzjonali.
- L-attitudnijiet u l-ħiliet tal-komunikazzjoni tal-għalliema: l-għalliema jridu jkunu jafu li l-attitudnijiet, l-aspettattivi u l-kliem li jużaw jista’ jkollhom impatt u influwenza ġmielhom fuq l-istudenti. Il-ħiliet tal-komunikazzjoni huma meħtieġa wkoll biex jaħdmu b’mod effettiv mal-ġenituri, mal-persunal l-ieħor tal-iskola u ma’ professjonisti barra mill-iskola. Il-komunikazzjoni mal-ġenituri għandha tkun ċara (pereżempju billi jkun evitat li jintuża kliem tqil), u tkun akkoljenti għal min ma jkunx midħla tas-sistema.
- Li jingħaraf ir-rwol importanti tal-ġenituri u ta’ adulti u influwenzaturi oħra li magħhom l-istudenti jirrelataw l-iżjed: l-għalliema jeħtieġ jagħrfu r-rwol li għandhom ċerti individwi ewlenin fil-ħajja tal-istudenti matul il-proċess tat-tagħlim u jieħdu vantaġġ mill-benefiċċji tal-involviment tagħhom.
- Li jkunu konxji mid-diversità fil-klassijiet: l-iskejjel għandhom jaħdmu biex jilqgħu b’mod attiv id-differenzi kemm tal-persunal kif ukoll tal-istudenti. L-għalliema għandhom jiżviluppaw l-għarfien, il-kompetenzi u l-ħiliet tagħhom relatati mal-għarfien tad-diversità fil-forom kollha tagħha: l-edukazzjoni interkulturali, il-multilingwiżmu u t-tagħlim lil studenti bit-tieni lingwa għandhom isiru parti mill-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u msaħħa bi żvilupp professjonali kontinwu (taħriġ fuq il-post tax-xogħol, programmi tal-mobbiltà tat-tagħlim, gruppi ta’ ħidma, konferenzi).
- Kultura skolastika li tagħti widen bis-serjet għall-vuċijiet tal-istudenti u tqis il-veduti tagħhom fil-proċessi tal-iżvilupp tal-iskola.
Aktar informazzjoni:
Proġett URBACT ’PREVENT - Involving parents in the prevention of early school leaving’.
Bryk, A, Schneider, B., ’Trust in Schools: A Core Resource for School Reform’, Creating Caring Schools, Vol. 60, Nru 6, 2003, pp. 40-45.
Day, L, Mozuraityte, N, Redgrave, K, McCoshan, A., Preventing early school leaving in Europe: Lessons learned from second chance education, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2013.
Day, L., Percy-Smith, B., Ruxton, S., McKenna, K., Redgrave, K., Ronicle, J. Young, T., Evaluation of legislation, policy and practice of child participation in the EU: Research summary, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2015.
Downes, P., ’Developing a Framework and Agenda for Students’ Voices in the School System across Europe: From Diametric to Concentric Relational Spaces for Early School Leaving Prevention’, European Journal of Education, Vol. 48, Nru 3, 2013, pp. 346-362. doi./10.1111/ejed.12035.
Downes, P., Towards a Differentiated, Holistic and Systemic Approach to Parental Involvement in Europe for Early School Leaving Prevention, l-Unjoni Ewropea, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Programm Urbact, Pariġi, 2014.
Downes, P. ’Prevention of early school leaving through teacher education: Some European Perspectives’, F’Rabensteiner, P. u Rabensteiner, G. (ed.), Internationalisation in Teacher Education, il-Ġermanja, 2014, pp. 17-31.
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskejjel u l-promozzjoni tas-suċċess fl-iskola, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Brussell, 2015
’Reducing early school leaving: Key messages and policy support’, Final Report of the Thematic Working Group on Early School Leaving, il-Kummissjoni Ewropea, Brussell, 2013.
Study on educational support for newly arrived migrant children, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, il-Lussemburgu, 2013.
Supporting teacher competence development for better learning outcomes, il-Kummissjoni Ewropea, Brussell, 2013.
Language teaching and learning in multilingual classrooms, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2015.
Il-Kummissjoni Ewropea/EACEA/Eurydice, The Teaching Profession in Europe: Practices, Perceptions and Policies, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2015.
Politika għall-iskejjel: Approċċ skolastiku sħiħ għall-indirizzar tat-tluq bikri mill-Iskola, Edukazzjoni u Taħriġ 2020, il-Kummissjoni Ewropea, Brussell, 2015.
Strengthening teaching in Europe: New evidence from teachers compiled by Eurydice and CRELL, il-Kummissjoni Ewropea, Brussell, 2015.
Fernández-Batanero, J., ’Strategies for inclusion in the face of social exclusion: Case study in Andalusia (Spain)’, European Journal of Special Needs Education, Vol. 29, Nru 3, 2014, pp. 415–428. doi:10.1080/08856257.2014.906978.
IBE-UNESCO, Reaching Out to All Learners: A Resource Pack for Supporting Inclusive Education, Għodod tat-Taħriġ għall-Iżvilupp tal-Kurrikulu, l-Uffiċċju Internazzjonali għall-Edukazzjoni, Ġinevra, 2016.
Isac, M., Araújo, L., Dinis da Costa, P., Soto Calvo, E., Albergaria-Almeida, P., Teaching practices in primary and secondary schools in Europe: Insights from large-scale assessments in education, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2015.
Nairz-Wirth, E,, Feldmann, K., Diexer, B., Handlungsempfehlungen für Lehrende, Schulleitung und Eltern zur erfolgreichen Prävention von Schulabsentismus und Schulabbruch. Aufbruch zu einer neuen Schulkultur, l-Università tal-Ekonomija u l-Kummerċ ta’ Vjenna, Vjenna, 2012.
Nouwen, W., Clycq, N., Braspenningx, M., u Timmerman, C., Cross-case Analyses of School-based Prevention and Intervention Measures, Project Paper 6, RESl.eu Project, iċ-Ċentru għall-Istudji dwar il-Migrazzjoni u l-Istudji Interkulturali, l-Università ta’ Antwerp, 2016.
Sachs, J., ’Teacher professionalism: why are we still talking about it?’. Teachers and Teaching, Vol. 22, Nru 4, 2015, pp. 413-425. doi:10.1080/13540602.2015.1082732.
Stéger, C., ’Review and Analysis of the EU Teacher-related Policies and Activities’. European Journal of Education, 49, Nru 3, 2014, pp. 332-347. doi:10.1111/ejed.12089.