2. L-għalliema

2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema

Ir-rwol tal-għalliem qed jitwessa’ u jsir aktar diffiċli.  L-għalliema qed ikunu mistennija jużaw varjetà wiesgħa ta’ metodi, għodod u approċċi u jaddattawhom għall-ħtiġijiet tal-istudenti. Huma jrid ikollhom ukoll il-kompetenzi u l-ħiliet meħtieġa biex fil-klassi joħolqu ambjent pożittiv u jaħdmu id f’id ma’ partijiet konċernati oħra fl-iskola u barra minnha ħalli jipprovdu appoġġ f’waqtu lill-istudenti.

Uri aktar

Riżorsi ( Fittex ir-riżorsi kollha )

Jekk jogħġbok innota li għalissa l-kontenut fil-paġni tar-riżorsi huma disponibbli bl-Ingliż biss.

GRUPPI INTERATTIVI INCLUD-ED

Gruppi Interattivi hija waħda mill-Azzjonijiet Edukattivi ta' Suċċess (SEAs) identifikati fil-proġett ta' riċerka INCLUD-ED. INCLUD-ED analizza strateġiji edukattivi li jikkontribwixxu biex jingħelbu l-inugwaljanzi u jippromwovu l-koeżjoni soċjali, u dawk li jiġġeneraw l-esklużjoni soċjali, b'attenzjoni partikolari fuq il-gruppi vulnerabbli u emarġinati. Il-Gruppi Interattivi jintużaw sabiex itejbu l-edukazzjoni ta' tfal u żgħażagħ f'kuntesti differenti. F'dawn il-gruppi it-tfal tal-klassi jinġabru fi gruppi eteroġenji żgħar, kull wieħed minnhom mgħejun minn adult. Kull grupp ikun organizzat madwar erba' jew ħames studenti, b'mod eteroġenju f'dak li jirrigwarda l-livell tal-kapaċitajiet, is-sess, il-kultura, il-lingwa u l-etniċità. Dan l-eżempju jfiehem l-IG u r-riżultati tagħhom fil-prattika.

Oqsma: 2. L-għalliema; 3. Appoġġ lill-istudenti; 4. L-involviment tal-ġenituri

Suboqsma: 2.1. Il-ħiliet u l-kompetenzi tal-għalliema; 3.5. It-tagħlim u l-assessjar; 3.9. Rifuġjati, migranti u Roma; 3.10. Appoġġ immirat: il-ħtiġijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet fit-tagħlim; 4.3. Spazji għall-ġenituri u involviment fl-attivitajiet edukattivi

Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV

Pajjiż: Albanija; Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Maċedonja ta' Fuq; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Rumanija; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Turkija; Ungerija; Ċipru; Ġermanja

Urir r-riżultati 10 li jmiss