CHILD-UP għandu l-mira li jipprovdi lill-iskejjel, is-servizzi soċjali, iċ-ċentri ta’ akkoljenza, l-aġenziji tal-edukazzjoni u tal-medjazzjoni, u lil dawk li jfasslu l-politika bl-għarfien dwar metodi djaloġiċi li jistgħu jappoġġjaw lill-professjonisti li jaħdmu ma’ tfal migranti. Il-proġett jikkombina l-innovazzjoni ma’ tradizzjonijiet ferm ippruvati, li jtejbu l-fehim ta’ kif jikkontribwixxu għal tagħlim parteċipattiv, integrazzjoni, edukazzjoni ta’ kwalità għolja, u protezzjoni.
IS-SETT TA' GĦODOD LUCIDE DWAR IL-MULTILINGWIŻMU FL-EDUKAZZJONI
- 10.12.2015
- 0
- Primarja, Sekondarja
- Document
Żieda fil-mobilità u bidliet fix-xejriet tal-migrazzjoni qed iħallu impatt maġġuri fuq sistemi edukattivi madwar id-dinja. Il-bżonn li kull livell tal-forza tax-xogħol ta' skola jkun mgħammar biex jaħdem b'mod effettiv ma' tfal li l-lingwa tal-pajjiż ospitanti tkun ġdida għalihom ilu jidher għal xi żmien. Mhumiex biss tfal li huma ġodda għall-pajjiż ospitanti li għandhom bżonn l-għajnuna, studenti bilingwi għandhom bżonnha wkoll. It-trobbija u l-għajxien f'familja fejn jiġu mitkellma żewġ lingwi jew aktar ibiddlu l-kapaċità lingwistika u l-mod kif wieħed jitgħallem. Għaldaqstant studenti bilingwi għandhom bżonnijiet speċifiċi u b'mod partikolari jirrikjedu riżorsi speċjali għat-tagħlim. Dawn ir-riżorsi jiffurmaw il-bażi tal-iżvilupp u t-tagħlim tagħhom.
Qasam: 3. Appoġġ lill-istudenti
Suberja: 3.8. Appoġġ immirat: il-Lingwa
Lingwa: BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV
Pajjiż: Albanija; Awstrija; Belġju; Bulgarija; Danimarka; Estonja; Finlandja; Franza; Greċja; Irlanda; Islanda; Italja; Kroazja; Latvja; Litwanja; Lussemburgu; Malta; Maċedonja ta' Fuq; Norveġja; Olanda; Polonja; Portugall; Renju Unit; Repubblika Ċeka; Rumanija; Serbia; Slovakja; Slovenja; Spanja; Svezja; Turkija; Ungerija; Ċipru; Ġermanja