Il-kuntest għall-Għodod Ewropej għall-Iskejjel

L-Għodod Ewropej għall-Iskejjel huma l-frott ta’ ħidma li saret fil-livell tal-UE mill-2011 b’rabta mat-bikri mill-iskola (2011-2013). Ir-Rapport Finali tiegħu jiġbor messaġġi ewlenin għal min ifassal il-politika, lista ta’ kontroll għall-awtovalutazzjoni tal-istrateġiji ta’ politika, u eżempji ta’ prattika tajba mill-pajjiżi tal-UE.

Il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Politika tal-Iskejjel (2014-2015) kompla jiżviluppa l-bażi tal-għarfien dwar it-tluq bikri mill-iskola. Dan studja kif jistgħu jissawru approċċi kollaborattivi, aktar ħolistiċi għall-ESL fil-livell ta’ skola u lokali u fassal messaġġi ta’ politika li jipprovdu rakkomandazzjonijiet ġenerali għal min ifassal il-politika fil-livelli kollha.

Dawn l-Għodod huma r-riżultat tal-isforzi tal-Grupp ta’ Ħidma biex jipprovdi appoġġ konkret lill-iskejjel u lis-sħab tagħhom ħalli jevitaw it-tluq bikri mill-iskola, jirrispondu malajr u kif xieraq għall-ewwel sinjali ta’ nuqqas ta’ impenn, u jiżguraw li kull student ikun jista’ jirnexxi. Minħabba l-enfasi qawwija tagħha fuq il-prevenzjoni u l-intervent bikri, dawn ma jkoprux il-miżuri ta’ kumpens immirati biex jergħu jinvolvu lill-persuni fl-edukazzjoni u t-taħriġ (bħall-iskemi tat-tieni ċans).

L-istruttura u l-funzjonalitajiet tal-Għodod ġew elaborati bil-għajnuna ta’ Dott. Alessio D’Angelo, Kodirettur taċ-Ċentru tar-Riċerka dwar il-Politika Soċjali fl-Università ta’ Middlesex.

Il-kontenut tal-Għodod qed jiġi żviluppat kontinwament bil-għajnuna tal-Bord Editorjali:

  • Kirstin Kerr, Lettur Anzjan fl-Edukazzjoni, l-Università ta’ Manchester
  • Per Kornhall, PhD, Riċerkatur, l-Università ta’ Mälardalens, l-Iżvezja
  • Cosmin Ionut Nada, PhD, Riċerkatur, l-Università ta’ Porto
  • Erna Nairz-Wirth, Professur, l-Università tal-Ekonomija u l-Kummerċ ta’ Vjenna
  • Teresa Sordé Martí, Serra Húnter Professur Assoċjat, l-Università Awtonoma ta’ Barċellona
  • Ward Nouwen, Riċerkatur, l-Università ta’ Antwerp (2016-2019)