Informazzjoni ġenerali
L-Għodod Ewropej għall-Iskejjel joffri ideat konkreti biex titjieb il-kollaborazzjoni fi ħdan l-iskejjel, bejniethom u ’l barra minnhom. L-għan jibqa' dejjem dak li t-tfal u ż-żgħażagħ kollha jkunu jistgħu jirnexxu fl-iskola. Il-mexxejja tal-iskejjel, l-għalliema, il-ġenituri u l-persuni l-oħra involuti f’aspetti differenti tal-ħajja skolastika jistgħu jsibu informazzjoni utli, eżempji ta’ miżuri u materjal ieħor ta’ riżorsa li jispiraw l-isforzi tagħhom biex jipprovdu edukazzjoni effettiva u ta’ kwalità kbira fit-tfulija bikrija u fl-iskejjel. L-Għodod għandhom l-għan li jappoġġaw l-iskambju u t-trasferiment tal-aqwa prattika u esperjenza fost dawk li jaħdmu fl-iskejjel u dawk li jfasslu l-politika.
Inħeġġuk mill-qalb biex tfittex, tikkummenta, taqsam ir-riżorsi u tibagħtilna l-eżempji tiegħek tal-inizjattivi u l-proġetti li jistgħu jkunu utli għal ħaddieħor.
Manwal għall-Għodod Ewropej għall-Iskejjel
Ir-riżorsi f’dawn l-Għodod ġew organizzati biex jaqdu ħames oqsma tematiċi interkonnessi:
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
Dawn il-ħames oqsma nqasmu f’diversi friegħi li jinkludu eżempji ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-livell ta’ skola. Kull fergħa tagħti:
- spjegazzjoni qasira ta’ għaliex din id-dimensjoni hija importanti biex l-istudenti jirnexxu u biex jiġi evitat it-tluq bikri mill-iskola, b’evidenza mir-riċerka, eżempji ta’ interventi fil-livell ta’ skola u links għal aktar qari; u
- għadd ta’ riżorsi, li jvarjaw minn studji ta’ riċerka, rapporti dwar proġetti, għal eżempji konkreti ta’ prattiċi tajba li jiddeskrivu kif miżura ġiet implimentata b’suċċess (bid-dettalji tal-kuntatt meta dawn ikunu disponibbli).