Brave’s Club: Vjolenza Żero minn età żero

Sabiex tittejjeb il-klima tal-iskola, grupp ta’ skejjel mill-proġett tal-Komunitajiet tal-Apprendiment iddeċidew li joħolqu l-Brave’s Club. Dan huwa bbażat fuq “mudell djaloġiku ta’ prevenzjoni tal-kunflitti”. Minħabba li l-Club beda fl-2014, għamel progess fil-qerda tal-vjolenza fl-iskejjel kemm fi skejjel primarji kif ukoll f’dawk sekondarji. Din l-istrateġija qed tagħmilha aktar faċli li jitlaqqgħu flimkien prattiki effettivi sostanzjati bl-evidenza dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza fil-klassijiet b’mod ġenerali, u b’mod aktar speċifiku, il-vjolenza abbażi ta’ sess.

Il-prinċipji tal-Club jinkludu:

• li tiġi evitata n-normalizzazzjoni tal-vjolenza. L-istudenti jitgħallmu kif jirreaġixxu għal kwalunkwe tip ta’ vjolenza u jikkonfrontawha. Li wieħed jifhem li “le tfisser le”. L-istudenti huma mħeġġa jikkonfrontaw il-persuna li tipprattika l-vjolenza kemm jekk din hija ħabib(a), ħu/oħt, persuna aktar b’saħħitha jew akbar fl-età, u li jagħmlu l-pożizzjoni tagħhom espliċita billi jħarsu dritt f’għajnejn dik il-persuna u jgħidulha: “M’inix ser inħallik issawwat, tinsulta eċċ... ..”

• Li tinħoloq solidarjetà fost l-istudenti. L-istudenti jitgħallmu li jekk jopponu l-vjolenza, ikunu aktar b’saħħithom minn dawk li jimponu lilhom infushom permezz tal-vjolenza. Din hija r-raġuni għaliex jinġabru flimkien sabiex joħolqu dak li jsejħu “it-tarka”: huma jduru mal-vittma biex jipproteġuha u jgħinuha tiffaċċja lill-attakkant tagħha mingħajr vjolenza. B’dan il-mod, dawk li jiddefendu u jipproteġu lill-vittmi huma l-kuraġġużi, u jappartjenu għall-Klabb tal-Kuraġġużi (Brave’s club). Dan l-approċċ huwa maħsub biex jaqleb l-idea aċċettata minn ħafna li dawk li jwettqu l-vjolenza huma l-kuraġġużi.

• Li l-imġiba vjolenti ma tibqax tidher attraenti. In-nies vjolenti -- “il-ħżiena” -- isiru dejjem anqas popolari. L-użu tal-forza, tal-abbuż, u ta’ mġiba vjolenti oħra, jidhru bħala atti beżżiegħa, filwaqt li d-denunzjar u l-konfrontar tagħhom jidhru bħala atti kuraġġużi.

Dan huwa sforz konġunt mill-komunità kollha, u jinvolvi lill-famiji, lill-istudenti u lill-għalliema.

 

Tip
Practice
Pajjiż
Spanja
Lingwa
BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL
Livell tal-iskola
Primarja; Sekondarja
Livel ta' intervent
Targeted
Intensità tal-intervent
Ongoing
Sorsi ta' finanzjament
N/A

Kummenti

Żid kumment