AFEV - APPOĠĠ LILL-FAMILJI FRAĠLI MINGĦAND STUDENTI-VOLUNTIERA

AFEV hija organizzazzjoni Franċiża li timplimenta inizjattivi mmirati lejn ġenituri minn sfond soċjoekonomiku żvantaġġjat. Hija organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ involuta fl-għoti ta' appoġġ lill-ġenituri f'żoni urbani żvantaġġjati. AFEV ingaġġat netwerk ta' 8,000 student madwar Franza kollha li jivvolontarjaw sabiex jipprovdu tutoraġġ temporanju lill-ġenituri.

Ir-raġuni wara l-intervent hija li dan il-grupp ta' ġenituri ma jħossuhomx ippreparati biżżejjed sabiex jgħinu lill-uliedhom fit-tagħlim, minħabba l-biża' li jiġu ġġudikati mill-persunal tal-iskola, l-esperjenzi personali negattivi tal-iskola jew in-nuqqas ta' għarfien dwar is-sistema tal-iskola. L-għan huwa li jgħinu lill-ġenituri jiskopru l-kompetenzi u l-kapaċitajiet tagħhom sabiex ikunu jistgħu jassumu rwol aktar attiv fit-tagħlim tat-tfal tagħhom fil-livelli kollha tal-edukazzjoni (mill-aħħar sena tal-preprimarja sal-ogħla livelli tas-sekondarja).

L-appoġġ jingħata lill-ġenituri fuq bażi volontarja u fil-forma ta' tutoraġġ individwali. Il-voluntiera jżuru lill-istudenti u lill-ġenituri tagħhom id-dar sabiex jingħelbu l-ostakli bejn il-ġenituri u l-iskola u tinħoloq relazzjoni ta' fiduċja mal-familji.

L-istudenti volontarji jattendu għal sensiela ta' sessjonijiet ta' taħriġ qabel ma jiltaqgħu mal-ġenituri sabiex ikunu mħejjija biex jagħtu appoġġ ta' kwalità lill-ġenituri. Waqt is-sessjonijiet ta' tutoraġġ, jiddjalogaw mal-ġenituri fuq il-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom sabiex jgħinu lill-uliedhom fit-tagħlim, jgħinuhom jidraw il-lingwaġġ tal-iskola u r-rekwiżiti tal-iskola, jagħtuhom suġġerimenti u pariri dwar kif jissorveljaw ix-xogħol tad-dar tat-tfal u jinkoraġġuhom jitgħallmu aktar, pereżempju billi jeħduhom sal-librerija.

Peress li huwa diffiċli li jiżdied l-għadd ta' voluntiera, AFEV qiegħda tiddiskuti ma' xi universitajiet sabiex il-voluntiera jingħataw krediti għall-involviment tagħhom.

Tip
Practice
Pajjiż
Franza
Lingwa
BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV
Livell tal-iskola
Primarja; Sekondarja
Livel ta' intervent
Targeted
Intensità tal-intervent
Ongoing
Sorsi ta' finanzjament
National government; Private funding

Kummenti

Żid kumment