KLABBS TAL-KOLAZZJON/TA' FILGĦODU

Fl-iskejjel Irlandiżi, diversi inizjattivi li jiffaċilitaw l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza jinkludu l-klabbs tal-kolazzjoni, u l-klabbs tax-xogħol tad-dar. L-iskejjel jippromwovu l-benefiċċji ta' kolazzjoni filgħodu kmieni - dan jinkludi aktar attendenza u permanenza fl-iskola, titjib fil-puntwalità, interazzjoni mal-adulti, u t-tfal jitħallew jieħdu gost u fl-istess waqt jiġu żviluppati l-ħiliet soċjali, jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta' nutrizzjoni tat-tfal u jiġu żviluppati rabtiet pożittivi bejn l-iskola u l-familja.

Fl-iskola primarja ta' St Audoens, it-tfal kollha jistgħu jingħaqdu fil-Breakfast Club (Il-Klabb tal-Kolazzjon), immexxi minn għalliema voluntiera u voluntiera oħrajn minn barra l-iskola. Minbarra li jingħataw in-nutrizzjoni u l-enerġija meħtieġa, dan il-ħin huwa wkoll mument ta' rilassament u ffukar fuq l-attivitajiet u t-tagħlim għall-istudenti. 

Il-Klabb tal-Kolazzjon spiss huwa kkombinat mar-Reading Club (Il-Klabb tal-Qari), li wkoll iseħħ filgħodu b'voluntiera minn ditta ta' avukati u librerija tal-liġi fil-viċin. Dawn jgħinu lit-tfal fil-qari tagħhom, minbarra li jitkellmu magħhom dwar il-ħajja tax-xogħol u l-karrieri tagħhom. Dawn ir-relazzjonijiet jipprovdu lill-istudenti esperjenzi u ideat interessanti għal dak li possibilment jistgħu jistudjaw u jsiru fil-futur. 

Tip
Practice
Pajjiż
Irlanda
Lingwa
BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV
Livell tal-iskola
Primary; Secondary
Livel ta' intervent
Targeted
Intensità tal-intervent
Ongoing
Sorsi ta' finanzjament
National government

Kummenti

Żid kumment