AWTOEVALWAZZJONI TAL-ISKEJJEL VOKAZZJONALI FIL-KROAZJA

Bħala parti mill-arranġamenti ta' assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) fil-Kroazja, ġiet żviluppata sistema ta' awtoevalwazzjoni tal-iskejjel vokazzjonali. L-awtoevalwazzjoni tal-istituzzjonijiet ETV qed tkun immonitorjata u evalwata mill-Kumitat tal-Kwalità, li huwa maħtur mill-awtorità maniġerjali tal-Istituzzjoni Edukattiva Vokazzjonali. Għal dan il-għan, il-Manwal għall-implimentazzjoni tal-għodda ta' awtoevalwazzjoni kif ukoll għodda tal-internet imsejħa ?e-quality?, jistgħu jintużaw biex jipprovdu aċċess faċli għar-rapporti ta' awtoevalwazzjoni.

L-Att dwar l-Edukazzjoni Vokazzjonali (Il-Ġurnal Uffiċjali, Nru 30/2009): L-iskejjel responsabbli għall-implimentazzjoni tal-edukazzjoni vokazzjonali se jagħmlu awtoevalwazzjoni fl-oqsma ewlenin li ġejjin:

  • l-ippjanar u l-ipprogrammar tax-xogħol;
  • l-appoġġ lit-tagħlim mogħti u llit-tagħlim miksub;
  • il-kisbiet tal-istudenti;
  • il-kundizzjonijiet materjali u r-riżorsi umani;
  • l-iżvilupp professjonali tal-impjegati;
  • ir-relazzjonijiet umani fl-istituzzjonijiet ETV;
  • il-ġestjoni u l-amministrazzjoni; u,
  • il-kooperazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati oħra.

Mis-sena skolastika 2012/13, is-sistema ġiet implimentata b'mod obbligatorju fl-iskejjel ETV. L-iskejjel iridu jissottomettu rapporti ta' awtoevalwazzjoni kull sena b'mod regolari. Il-persuni ta' kuntatt għall-koordinaturi tal-awtoevalwazzjoni tal-iskola huma konsulenti superjuri tal-Aġenzija għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali u t-Tagħlim tal-Adulti.

Skont l-Artikolu 12 tal-Att dwar l-Edukazzjoni Vokazzjonali, l-awtoevalwazzjoni hija mmonitorjata u evalwata mill-Kumitat tal-Kwalità, li huwa maħtur mill-bord tal-iskola. Il-Kumitat ta' Kwalità jrid ikollu seba' membri: erba' membri minn fost l-għalliema u l-assoċjati professjonali; rappreżentant mill-partijiet ikkonċernati fuq proposta tal-fundatur tal-iskola; membru rappreżentant tal-istudenti; u membru minn fost il-ġenituri. Ir-rwol tagħhom huwa li jħejju rapport ta' awtoevalwazzjoni annwali u jippreżentawh lill-bord tal-iskola ta' dik is-sena u lill-Aġenzija għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali u t-Tagħlim tal-Adulti. Il-kapijiet tal-iskola jaħtru koordinatur għall-awtoevalwazzjoni. Dawn ikunu parti mill-Kumitat tal-Kwalità u l-persuni ta' kuntatt għall-Aġenzija għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali u konsulenti għat-Tagħlim tal-Adulti.

Wara li l-Aġenzija organizzat korsijiet ta' taħriġ professjonali, il-kapijiet u l-koordinaturi tal-iskejjel vokazzjonali rrikonoxxew l-awtoevalwazzjoni bħala opportunità biex iżidu l-kwalità tal-ħidma edukattiva, tal-ġestjoni tal-iskola u tal-kooperazzjoni mal-imsieħba. Irrikonoxxewha wkoll bħala possibilità biex iqiegħdu lill-iskejjel Kroati f'pożizzjoni distina fil-livell lokali, nazzjonali u internazzjonali.

Waqt il-proċess tal-awtoevalwazzjoni, il-koordinaturi indikaw ċerti diffikultajiet fl-implimentazzjoni tagħha, jiġifieri: prinċipalment diffikultajiet tekniċi fl-użu tal-għodod elettroniċi. Uħud indikaw li kien hemm nuqqas ġenerali ta' appoġġ fil-proċess ta' awtoevalwazzjoni, inkluż mill-Kumitat tal-Kwalità. Ċerti koordinaturi rrapportaw li wħud mill-impjegati tal-iskejjel ma jistgħux jiġu sensitizzati għall-awtoevalwazzjoni jew għall-monitoraġġ tal-kwalità tax-xogħol tal-iskola. Ġie enfasizzat ukoll in-nuqqas ta' rispons mill-Aġenzija għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali u t-Tagħlim tal-Adulti, rigward il-kwalità tar-rapporti ppreżentati, l-analiżijiet u l-evidenza ppreżentata.

Għalkemm il-proċess ta' awtoevalwazzjoni fl-iskejjel vokazzjonali ġie infurzat b'mod legali mis-sena skolastika 2012/2013, l-implimentazzjoni tagħha kellha ċerti diffikultajiet. Minbarra r-raġunijiet imsemmija hawn fuq, iseħħu problemi sistemiċi minħabba n-nuqqas ta' ċarezza dwar il-ġurisdizzjoni ta' żewġ istituzzjonijiet nazzjonali responsabbli mill-monitoraġġ tal-awtoevalwazzjoni. Iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Evalwazzjoni Esterna tal-Edukazzjoni huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-kwalità tax-xogħol fl-istituzzjonijiet edukattivi kollha (mill-kindergarten sal-iskola sekondarja, inklużi l-iskejjel vokazzjonali). L-istituzzjonijiet ETV biss huma taħt l-awtorità tal-Aġenzija għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali u t-Tagħlim tal-Adulti. Kull istituzzjoni żviluppat il-motodoloġija tagħha u forom differenti ta' rapporti annwali.

Il-Ministeru tax-Xjenza, l-Edukazzjoni u l-Isports nieda proċess sabiex isolvi dawn il-problemi, skont l-Istrateġija l-ġdida għall-edukazzjoni, ix-xjenza u t-teknoloġija, li ġiet adottata f'Ottubru 2014. Huwa ppjanat li l-proċeduri u l-mudelli ta' awtoevalwazzjoni jitwaħħdu, irrispettivament mil-livell ta' edukazzjoni u mit-tip ta' istituzzjoni edukattiva. Miri komuni jinkludu: it-tnaqqis tal-ammont ta' amministrazzjoni żejda; l-iżgurar tal-kwalità; evalwazzjoni esterna u monitoraġġ kultant żmien tal-awtoevalwazzjoni fl-istituzzjonijiet edukattivi kollha; u, tingħata s-setgħa lill-iskejjel b'rispons u suġġerimenti bil-quddiem sabiex imorru aħjar.

Tip
Practice
Pajjiż
Kroazja
Lingwa
BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV
Livell tal-iskola
Secondary
Livel ta' intervent
Universal
Intensità tal-intervent
Ongoing
Sorsi ta' finanzjament
No funding

Kummenti

Żid kumment

Din ir-riżorsa hija parti mill-oqsma / suboqsma li ġejjin :