SISTEMA TA' INFORMAZZJONI ONLAJN GĦAL PARIRI RELATATI MAL-KARRIERA

Fir-Repubblika Ċeka ġiet żviluppata sistema ta' informazzjoni unika bl-għan li tipprovdi informazzjoni u pariri relatati mal-karriera. Din tinkludi għajnuna għal studenti b'aspirazzjonijiet baxxi fl-edukazzjoni, studenti b'diffikultajiet fit-tagħlim jew li huma f'riskju ta' tluq bikri mill-iskola. Is-sistema tista' tintuża wkoll minn adulti (inkluż nies li telqu mill-iskola mingħajr kwalifika) li qegħdin ifittxu opportunitajiet f'edukazzjoni avvanzata u fil-ħajja professjonali tagħhom.
Is-sistema ta' informazzjoni www.infoabsolvent.cz ġiet żviluppata mill-proġett VIP II, li jipprovdi informazzjoni u pariri relatati mal-karriera. Is-sistema fiha erba' taqsimiet tematiċi prinċipali b'informazzjoni dwar l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol u tassisti liż-żgħażagħ biex jieħdu deċiżjonijiet kritiċi. Il-portal joffri pjattaforma ta' appoġġ kumplessa, li tista' tintuża biex issolvi diversi kwistjonijiet li jqumu matul il-medda ta' mogħdijiet fl-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll waqt li jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-karriera. Fit-total tagħha, tirrappreżenta l-faċilità neċessarja mhux biss għal studenti u ġenituri, iżda wkoll għal konsulenti u għalliema li jużawha bħala għodda ta' gwida. Is-sistema hija ddisinjata bħala mekkaniżmu ta' awto-għajnuna b'mod li jippermetti l-użu komdu għal individwi li ftit li xejn għandhom esperjenza ta' tiftix fuq l-internet. Sabiex jifhmu informazzjoni esperta, it-test huwa stilistikament adattat għal forom sempliċi. L-element ewlieni, mil-lat tal-prevenzjoni ta' tluq bikri mill-iskola, huwa t-taqsima ta' pariri u rakkomandazzjonijiet "Kif". It-taqsima “Kif” tagħti rakkomandazzjonijiet dwar kif għandek tipproċedi meta tkun affaċjat b'diversi sitwazzjonijiet problematiċi matul l-istudju u lil hinn. Din tinkludi wkoll għajnuna għal studenti b'aspirazzjonijiet baxxi fl-edukazzjoni, studenti b'diffikultajiet fit-tagħlim jew li huma f'riskju ta' tluq bikri mill-iskola. Bl-istess mod, is-sistema tista' tintuża minn adulti (inkluż nies li telqu mill-iskola mingħajr kwalifika) li qegħdin ifittxu opportunitajiet f'edukazzjoni avvanzata u fil-ħajja professjonali tagħhom.
Biex tgħin studenti b'diffikulta fit-tagħlim, is-sistema ta' informazzjoni toffri t-taqsima "Tranżizzjoni mingħajr ostakli mill-iskola għas-suq tax-xogħol". Għalkemm il-kwistjoni tat-tluq bikri mill-iskola tikkonċerna lill-istudenti kollha, riċerka wriet li teżisti korrelazzjoni sinifikanti bejn żvantaġġ soċjali u r-riskju ta' tluq bikri mill-iskola. Din ir-relazzjoni hija riflessa fl-attivitajiet tal-proġett. Eżempji ta' prattika tajba jinġabru fit-tul, rigward il-prevenzjoni ta' tluq bikri mill-iskola. It-testi sħaħ huma disponibbli fuq www.infoabsolvent.cz, fit-taqsima "Tranżizzjoni mingħajr ostakli mill-iskola għas-suq tax-xogħol". Dawn l-eżempji ta' prattika tajba ntużaw biex tinħoloq lista ta' miżuri individwali ta' prevenzjoni u ta' intervent fil-qasam tat-tluq bikri mill-iskola. Dawn jinkludu miżuri għal kooperazzjoni aktar effettiva bejn skejjel sekondarji tal-ewwel u tat-tieni livell; faċilitazzjoni tat-tranżizzjonijiet għal skejjel sekondarji tat-tieni livell u l-adattament tal-istudenti għall-ambjent skolastiku ġdid tagħhom; u, miżuri għat-titjib tal-komunikazzjoni mal-ġenituri, kif ukoll dawk immirati sabiex jimmotivaw lill-istudenti biex jibqgħu fl-iskola. Dawn il-miżuri jistgħu jinqasmu fil-kategoriji li ġejjin:
- Prevenzjoni qabel tibda l-iskola, bl-għan li jqajmu kuxjenza fl-istudenti ta' skejjel sekondarji tal-ewwel livell (miżuri bl-għan li jgħinu studenti jagħżlu skola u qasam ta' studju, komunikazzjoni ma' studenti u ġenituri qabel id-dħul fl-iskola sekondarja tat-tieni livell, eċċ.).
- Trasferiment ta' studenti minn skola għal oħra u prevenzjoni matul id-dħul fl-iskola sekondarja tat-tieni livell (dawn jinkludu miżuri li jgħinu lill-istudenti biex jibdlu l-iskola jew il-qasam ta' studju, iżda wkoll miżuri ta' komunikazzjoni bejn skejjel sekondarji tal-ewwel u tat-tieni livell biex jgħaddu informazzjoni fil-qasam ta' bżonnijiet edukattivi ta' studenti individwali, sabiex jappoġġjaw it-tranżizzjoni għal skola sekondarja tat-tieni livell u l-adattament b'suċċess għall-ambjent il-ġdid b'mod effettiv).
- Miżuri ta’ intervent bl-għan li jżidu l-motivazzjoni tal-istudenti biex jistudjaw (dawn jinkludu miżuri relatati mal-kuntatt mal-ambjent ekstrakurrikulari, enfasi fuq riżultati prattiċi u r-rabta bejn l-edukazzjoni u l-prattika, l-użu ta' għotjiet u b'mod partikolari l-miżuri bl-għan li jintegraw studenti żvantaġġjati soċjalment f'attivitajiet tal-iskola.
- Miżuri ta’ intervent individwali matul il-kors ta' studju (miżuri individwali immirati lejn student/a partikolari u l-ġenituri tiegħu/tagħha, eż. kumitat edukattiv, sistema onlajn biex tiċċekkja l-attendenza, metodoloġija u pjanijiet biex jiġu identifikati studenti vulnerabbli, eċċ.).
- Appoġġ lill-istaff tal-għalliema fix-xogħol tagħhom ma' studenti f'riskju ta' tluq bikri mill-iskola.
Il-limitu li fih jiġu utilizzati dawn il-miżuri fi skejjel sekondarji tat-tieni livell ġie esplorat minn stħarriġ ta' monitoraġġ. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' dan l-istħarriġ, intgħażlu miżuri li l-iskejjel sabu l-aktar interessanti. Sussegwentement, tħejjew metodoloġiji għal dawn il-miżuri u dawn ġew evalwati fil-prattika minn 12-il skola sekondarja ogħla. Bħalissa, qed jiġi ppreparat rapport ta' evalwazzjoni dwar din l-investigazzjoni, li se jinkludi lista tal-miżuri ta' prevenzjoni u ta' intervent kollha u r-riżultati tal-istħarriġ ta' monitoraġġ, kif ukoll il-metodoloġija korrispondenti u r-riżultati tal-evalwazzjoni tagħhom fi skejjel sekondarji tat-tieni livell.
- Fajls
- More information
- Links
- Project website (in Czech)
Kummenti
Żid kumment
Biex iżżid kumment jeħtieġ li tkun illogjat.