L-innovazzjoni tal-iskejjel fl-Ewropa: il-promozzjoni tal-istima personali u ħiliet tal-ħsieb ta’ ordni ogħla tal-istudenti permezz ta’ innovazzjoni fil-kurrikuli fl-Iskola Primarja tal-Komunità ta’ Willenhall

L-approċċ tal-iskola għat-tagħlim u għall-apprendiment huwa bbażat fuq il-ksib ta’ eċċellenza edukattiva u s-suċċess għall-istudenti kollha. L-iskola żviluppat kurrikulu stimulanti li jfittex li jipprovdi lill-istudenti tagħha fehim tal-proċessi tal-apprendiment li jkunu involuti fihom (metakonjizzjoni) – u jibni t-twemmin fihom infushom. L-għoti ta’ tagħlim speċjalizzat f’ċerti oqsma ta’ suġġetti (ix-xjenza, il-mużika, l-arti, l-edukazzjoni fiżika) huwa element prinċipali f’dan il-proċess, hekk kif inhu l-iżvilupp tat-tagħlim tal-matematika fl-iskola (għall-istudenti tas-6 grad). It-tagħlim tal-filosofija lill-istudenti kollha huwa wkoll element vitali fl-iżvilupp tal-ħiliet tal-ħsieb, tar-reżiljenza u tal-kunfidenza personali tal-istudenti. L-innovazzjoni fil-kurrikulu titwettaq fuq inizjattiva tal-iskola, li taħdem f’kooperazzjoni mas-sħab tal-Federazzjoni tagħha fl-Iskola Primarja ta’ Whitmore Park. Il-persunal kollu, il-korp governattiv, l-istudenti u l-ġenituri spiss jiġu kkonsultati u jsiru parti mill-proċess tal-iżvilupp fil-kurrikulu, u l-iskola tingaġġa ħafna mas-sħab tal-komunità fl-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ apprendiment usa’.
Kummenti
Żid kumment
Biex iżżid kumment jeħtieġ li tkun illogjat.