Iċ-ċentru tal-apprendiment f’TGM (Technologisches Gewerbemuseum)

Iċ-ċentru tal-apprendiment ġie implimentat f’TGM (kulleġġ tekniku sekondarju ta’ livell għoli) bħala esperiment tal-iskola matul is-sena skolastika 2016/17. Huwa ġie implimentat fid-Dipariment tal-Informatika (IT) tal-iskola fi tnejn mill-erba’ klassijiet fl-ewwel sena (jiġifieri Grad 9).
Fiċ-ċentru tal-apprendiment l-istudenti jistudjaw b’mod awtoregolat 20 siegħa fil-ġimgħa. Minn dawn l-20 siegħa, disa' sigħat jikkonċernaw suġġetti tal-edukazzjoni ġenerali (il-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Matematika) u 11-il siegħa jinvolvu suġġetti tal-edukazzjoni vokazzjonali (Inġinerija tas-Softwer, Inġinerija tas-Sistemi, Teknoloġija tal-Midja, Teknoloġija tan-Netwerks). Is-sitt suġġetti tal-iskola l-oħra (il-Ġografija, l-Istorja u l-Edukazzjoni Politika, ix-Xjenzi Naturali, ir-Reliġjon, l-Isport, Sessjoni ta’ Ħidma tal-Kompjuter), li jieħdu 13-il siegħa fil-ġimgħa, xorta għadhom jiġu mgħallma bl-użu ta’ metodi tradizzjonali ta’ tagħlim.

L-apprendiment awtorregolat iseħħ f’erba’ kmamar mgħammra b’mod speċjali. F’kull waħda minn dawn il-klassijiet, bħala medja jkun hemm 16-il student, appoġġjati minn għalliem wieħed, jekk ikun hemm xi mistoqsijiet. Matul il-lezzjonijiet fiċ-ċentru tal-apprendiment ma jkunx hemm lekċers mill-għalliema. Minflok l-istudenti jistgħu jiddeċiedu meta (f’liema ordni) u kemm jixtiequ jdumu jistudjaw suġġett partikolari. Barra minn hekk, huma jistgħu jiddeċiedu dwar il-livell ta’ diffikultà tal-kontenut tal-apprendiment. Għalhekk l-istudenti jorjentaw lilhom infushom lejn qafas ta’ kompetenza li jiddikjara liema kompetenzi huma meħtieġa għal livell ta’ kwalifika speċifiku, jiġifieri għarfien bażiku jew għarfien estiż. Il-kontenut tal-apprendiment jitħejja mill-għalliema f’format elettroniku jew fuq karti, filwaqt li jirreferi għal sorsi ta’ informazzjoni addizzjonali (siti web, kotba eċċ.). Jekk l-istudenti jkunu jixtiequ jlestu modulu, ikunu jridu jagħmlu appuntament mal-għalliem tagħhom għal eżami. Barra minn dawn l-eżamijiet, hemm testijiet standardizzati li jippermettu t-tqabbil tal-prestazzjoni akkademika tal-istudenti li jattendu ċ-ċentru tal-apprendiment meta mqabbla mal-istudenti li jattendu klassijiet paralleli b’metodi tal-apprendiment tradizzjonali.
Barra minn hekk, l-istudenti jirċievu sagħtejn fil-ġimgħa ta’ konsulenza dwar l-apprendiment individwali. Dan ifisser li, kull student jiġi assenjat lil għalliem li jipprovdi appoġġ individwali, f’termini tal-istabbiliment tal-objettivi tal-apprendiment u kif dawn jistgħu jinkisbu. Strument ieħor importanti huwa l-hekk imsejjaħ logbook (djarju tal-apprendiment) li fih skeda ta’ kull ġimgħa u li fih l-istudenti jiddokumentaw l-objettivi tagħhom, il-progress tal-apprendiment tagħhom u l-kontenut li jkun ġie diskuss fis-sessjonijiet tal-ikkowċjar. Dan il-logbook jimmira li jinforma lill-istudenti, lill-għalliema u lill-ġenituri dwar il-passi ppjanati u l-progress tal-apprendiment.
https://www.youtube.com/watch?v=O1BdOM_a4Pk

Tip
Practice (direct evidence)
Pajjiż
Awstrija
Lingwa
BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV
Livell tal-iskola
Sekondarja
Livel ta' intervent
Targeted
Intensità tal-intervent
Ongoing
Sorsi ta' finanzjament
National government

Kummenti

Żid kumment