Stop-Dropout!

L-objettiv globali tal-proġett huwa li jnaqqas ir-rati ta’ tluq mill-iskola ta’ studenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, billi jipprovdi materjali u għodod lill-konsulenti u lill-ħarrieġa biex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom fil-ħidma ma’ gruppi, li jidentifika studenti potenzjali li jitilqu mill-iskola u l-karatteristiċi speċjali ta’ gruppi tal-istudenti, jipprovdi appoġġ aġġustat għall-ħtiġijiet individwali, u b’hekk itejjeb il-kwalità tas-sistemi tal-edukazzjoni vokazzjonali tagħhom.

Il-proġett Stop Dropout jiffoka fuq is-sejbien ta’ individwi f’riskju, u jevalwa l-ħtiġijiet tagħhom u jipprovdilhom appoġġ flessibbli. Huwa jikkonsisti minn tliet għodod li l-konsulenti u l-amministraturi jistgħu jużaw f’livelli tal-iskola, ċentri tal-edukazzjoni u istituzzjonijiet oħra varji. L-għodod huma bbażati fuq approċċ olistiku bl-enfasi fuq l-opportunitajiet individwali u tal-futur tiegħu/tagħha.
It-tliet komponenti huma:
• L-Identifikatur tar-Riskji, għodda elettronika interattiva ddisinjata għall-konsulenti biex jidentifikaw individwi f’riskju ta’ nuqqas ta' suċċess fl-iskola u abbandun tal-iskola. It-teknika ġiet iddisinjata biex tevalwa l-punti b’saħħithom u dgħajfin tal-istudenti li jitqiesu importanti fl-ambjent tal-apprendiment sabiex mhux biex jiġi vvalutat ir-riskju ta’ nuqqas ta' suċċess fl-iskola iżda wkoll liema tip ta’ appoġġ huwa l-aktar xierqa għal gruppi ta’ studenti differenti.
• Il-Profil Personali, skema ta’ intervisti għall-konsulenti ddisinjata biex tassisti b’mod sistematiku individwi f’riskju sabiex jiġu eżaminati l-punti b’saħħithom u dgħajfin tagħhom u l-ambjent tal-apprendiment sabiex ikunu jistgħu jiddefinixxu l-ħtiġijiet tagħhom sabiex l-objettivi personali u edukattivi tagħhom ikunu jistgħu jintlaħqu aħjar.
• Is-Sistema ta’ Appoġġ u Prevenzjoni Flessibbli timpedixxi liż-żgħażagħ milli jabbandunaw l-iskola u tassisti lil dawk li diġà abbandunawha. Din hija qafas għall-konsulenti u għal professjonisti oħra li jaħdmu ma’ studenti żgħar u hija bbażata fuq il-ħtiġijiet individwali u tipprovdi appoġġ xieraq fi ħdan komunitajiet varji. Il-kooperazzjoni hija bbażata fuq il-ħidma fuq bażi individwali u s-sejbien ta’ soluzzjonijiet xierqa għal kull individwu involut.
Stop Dropout! huwa proġett Ewropew intiż biex inaqqas l-abbandun bikri tal-iskola. Huwa Proġett tat-Trasferiment tal-Innovazzjoni ffinanzjat mill-UE (perjodu ta’ bejn l-2009 u l-2011) u jibni fuq is-sejbiet tal-proġett PPS, li fl-2007 rċieva l-“Premju għall-Gwida tal-Aħjar Prattika”. F’dan il-proġett l-istrumenti ta’ analiżi u konsulenza, li jiġu implimentati b’suċċess fin-Norveġja u fl-Iżlanda, jiġu ttrasferiti lejn l-Awstrija, il-Ġermanja, is-Slovenja u r-Repubblika Ċeka u adattati għall-kuntest nazzjonali.

Tip
Practice (direct evidence)
Pajjiż
Awstrija; Repubblika Ċeka; Slovenja; Ġermanja
Lingwa
BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV
Livell tal-iskola
Sekondarja
Livel ta' intervent
Individual; Targeted
Intensità tal-intervent
Ongoing
Sorsi ta' finanzjament
European Funding; Local funding; National government

Kummenti

Żid kumment