SENA BLA ĦLAS GĦALL-MIGRANTI LI JKUNU GĦADHOM KEMM WASLU

Instruction programme (programm ta' struzzjoni), li jħejji għal edukazzjoni bażika huwa maħsub għal dawk l-istudenti immigranti li l-kompetenzi tagħhom fil-lingwa Finlandiża jew Żvediża u/jew kapaċitajiet oħra mhumiex biżżejjed sabiex jistudjaw fi grupp preprimarju jew fi grupp ta' edukazzjoni bażika. L-għan huwa li jappoġġja l-iżvilupp bilanċjat u l-integrazzjoni tal-istudent fis-soċjetà Finlandiża u jagħtihom il-ħiliet meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jkollhom edukazzjoni bażika. Fejn xieraq, il-programm jinkludi opportunitajiet ta' studju ta' suġġetti oħrajn, iżda l-attenzjoni tkun fuq it-tagħlim tal-lingwa Finlandiża u Żvediża. Din l-edukazzjoni tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-istudenti huma differenti f'dawk li huma l-età, il-kapaċitajiet ta' tagħlim u l-isfond tagħhom.
Kummenti
Żid kumment
Biex iżżid kumment jeħtieġ li tkun illogjat.