IL-PJATTAFORMA PLUGINNOVATION

PlugInnovation hija pjattaforma diġitali b'ambizzjoni li ssir raggruppament ta' riżorsi nazzjonali għall-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola. Is-sit web se jiġbor tagħrif, statistika, riċerka u eżempji ta' azzjonijiet ta' suċċess li ħadu l-iskejjel bl-għan li jipprevjenu t-tluq bikri mill-iskola.

Kull proġett fil-qafas tal-Plug In intuża bħala sessjoni ta' ħidma metodoloġika għall-esplorazzjoni ta' metodi li jiġġieldu t-tluq bikri mill-iskola. Fil-qafas tas-sistema ta' assigurazzjoni tal-kwalità sistematika, l-iskejjel u l-muniċipalitajiet kienu liberi li jesploraw metodi ta' prevenzjoni sabiex jonqsu r-rati tal-ESL.

Fil-preżent, id-data tikkonsisti fid-deskrizzjonijiet u d-dokumentazzjoni pprovduta mill-proġetti, iżda l-firxa u n-numru ta' proġetti pprovda materjal għall-esplorazzjoni ta' miżuri effettivi għall-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola. Barra minn hekk, ġew miżjuda għadd ta' studji fil-fond fuq bażi xjentifika mal-analiżi.

Ġew identifikati ħames fatturi għas-suċċess u se jintużaw bħala rampa ta' tnedija għall-proġetti ta' Plug In 2.0, u ppubblikati fis-sit web fis-sajf tal-2015.

Dawn il-fatturi huma:

  • Attenzjoni fuq l-istudent, approċċ olistiku

Eżempji ta' approċċi olistiċi ffukati fuq l-istudent jinkludu kemm miżuri individwali u strutturali mmirati biex ineħħu l-ostakli għat-tagħlim. Dawn ivarjaw minn żvilupp u adattament tat-tagħlim innifsu, appoġġ pedagoġiku u strutturali, taħriġ prattiku f'post tax-xogħol, esplorazzjoni tat-toroq tal-karrieri futuri, sa miżuri li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-istudenti barra l-iskola. L-istudenti li potenzjalment jitilqu kmieni mill-iskola spiss għandhom grad għoli ta' assenza u b'hekk jeħtieġu li jiġu avviċinati f'areni inqas tradizzjonali.

  • Il-monitoraġġ

L-ewwel pass deċiżiv għall-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola huwa l-monitoraġġ ta' fatturi li jindikaw li l-istudenti huma diżimpenjati mill-iskola u mit-tagħlim. Uħud mill-fatturi importanti huma l-marki, ir-riżultati, l-assenza, il-wasla tard, u l-impenn tal-individwu fl-iskola ġewwa u barra mill-klassi. Iżda wkoll fatturi bħal kompetenzi ta' soluzzjoni tal-problemi, u dimensjonijiet soċjali, il-kwistjoni ta' kif l-istudent jorbot it-tagħlim mal-miri futuri u r-relazzjoni tiegħu ma' studenti oħrajn u mal-adulti, għandhom impatt fuq it-tluq bikri mill-iskola.

  • Relazzjonijiet personali

Relazzjonijiet pożittivi u fiduċja bejn l-istudenti u l-adulti ġew identifikati bħala mekkaniżmi importanti sabiex jipprevjenu t-tluq bikri mill-iskola. Sforzi konxji sabiex jiġu stabbiliti relazzjonijiet ta' fiduċja jaffettwaw il-motivazzjoni u l-benesseri tal-istudenti kif ukoll il-prestazzjoni tagħhom fl-iskola. Relazzjonijiet pożittivi huma kruċjali għal dawk f'riskju ta' tluq bikri mill-iskola, peress li jġiegħluhom jattendu l-iskola, jieħdu sehem fit-tagħlim u jirreaġixxu għall-miżuri ta' appoġġ.

  • Flessibbiltà

Għalkemm l-istudenti li jirriskjaw jitilqu mill-iskola kmieni jaqsmu bosta sfondi individwali jew strutturali, il-ħtiġijiet tagħhom jistgħu jvarjaw. Approċċi u metodi flessibbli għaldaqstant huma importanti biex l-istudenti kollha jingħataw appoġġ ta' tagħlim individwali.

  • Kooperazzjoni

L-istudenti li telqu jew huma f'riskju li jitlqu mill-iskola kmieni jeħtieġu mekkaniżmi ta' appoġġ differenti. Jista' jkun diffiċli għal indivdwu li jirrikonoxxi l-imsieħba soċjali jew il-partijiet ikkonċernati li jistgħu jipprovdu tali appoġġ. Id-diversi inizjattivi disponibbli jistgħu jinftiehmu aktar faċilment jekk titjieb il-kooperazzjoni bejn l-imsieħba.

Tip
Practice
Pajjiż
Svezja
Lingwa
BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV
Livell tal-iskola
Primary; Secondary
Livel ta' intervent
Individual; Targeted
Intensità tal-intervent
Ongoing; Periodic
Sorsi ta' finanzjament
European Funding; Local funding; National government

Kummenti

Żid kumment