PROGRAMMI ARANY JANOS

L-għan tal-programmi Arany János fl-Ungerija huwa li jgħinu lill-istudenti żvantaġġjati fl-edukazzjoni sekondarja tagħhom, jiżguraw li jiksbu ċertifikat meta jtemmu l-istudji tagħhom u jitilqu mill-iskola u jkunu jistgħu jmorru l-università jew isibu post fis-suq tax-xogħol.

L-ewwel programm Arany János, imfassal għal studenti żvantaġġjati b'talent tnieda fis-sena 2000 (AJTP). Ftit snin wara, fl-2004 ġew imfassla żewġ programmi oħrajn għal studenti saħansitra aktar żvantaġġjati (AJKP, AJKSZP).

Il-programmi jitwettqu fi skejjel sekondarji, b'kooperazzjoni ma' ħostels tal-istudenti. Skejjel sekondarji b'riżultati tajbin (ġinnasji), flimkien ma' ħostels tal-istudenti jistgħu japplikaw biex iħaddmu AJTP (fl-2012 36 istituzzjoni kienu involuti b'kollox f'dan il-programm). Il-ħostels tal-istudenti waħedhom jistgħu japplikaw għal AJKP (fl-2012 13-il ħostel tal-istudenti kienu involuti f'dan il-programm), u l-ħostels tal-istudenti flimkien mal-istituzzjonijiet VET jistgħu japplikaw għal programmi AJKSZP (fl-2012 17-il sħubija kienu involuti f'dan il-programm).

L-istituzzjonijiet appoġġjati għandhom jingaġġaw studenti żvantaġġjati li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-programm, jipprovdulhom post fil-ħostels tal-istudenti waqt l-istudji sekondarji tagħhom u jorganizzaw programmi ta' appoġġ għalihom f'oqsma ta' tagħlim u tal-integrazzjoni soċjali. L-istudenti li jiġu reklutati f'dawn il-programmi jistgħu jiġu organizzati fi klassijiet separati jew fi klassijiet integrati fl-istituzzjonijiet edukattivi, u jiġu mgħallma mill-għalliema tal-istituzzjonijiet formali. L-istudenti jkollhom pjanijiet ta' żvilupp individwali, iffirmati minnhom u mill-ġenituri tagħhom. L-istudenti jiġu vvalutati spiss, u r-riżultati tal-valutazzjonijiet jiġu integrati fil-pjanijiet tal-iżvilupp individwali.

Il-programmi għandhom riżultati tajbin, jintgħoġbu mill-istituzzjonijiet involuti, bejn minħabba l-flus żejda li jieħdu minħabba fihom, u bejn minħabba l-esperjenza soċjali u pedagoġika, li hija siewja għall-istudenti tas-sekondarja wkoll. Skont l-evalwazzjonijiet esterni ntwerew li kellhom ukoll suċċess. 

Jingħata appoġġ kumpless lil dawk l-istudenti li huma f'riskju li jħallu l-iskola kmieni: studenti żvantaġġjati u b'diversi żvantaġġi fl-iskejjel sekondarji biex jiġi evitat it-tluq bikri tagħhom u jiżdied il-livell ta' kwalifiki tagħhom u biex jgħinhom fit-tranżizzjoni bejn il-livelli differenti tal-iskola. Il-miżura tippromwovi sistematikament il-miri definiti mill-istrateġija għall-ESL (miżuri ta' prevenzjoni u ta' intervent).

Il-Programm ta' Trawwim tat-Talent ‘Arany János’ (AJTFP) għall-istudenti żvantaġġjati għandu l-għan li jippermetti lit-tfal tal-ifqar ġenituri bl-inqas kwalifiki edukattivi jattendu full-time b'suċċess l-edukazzjoni sekondarja u jkollhom ċans għal edukazzjoni ogħla.

Il-Programm ta' Trawwim ta' Faċilitajiet ta' Boarding ‘Arany János’ (AJFBFP) għal gruppi ta' studenti vulnerabbli - studenti b'diversi żvantaġġi, studenti b'ġenituri bi kwalifiki baxxi, bi dħul baxx għall-familja, studenti li huma indukrati - għandu l-għan li jipprovdi diploma ta' skola sekondarja (matura) u dħul b'suċċess fis-suq tax-xogħol jew fl-edukazzjoni għolja, fl-edukazzjoni terzjarja bl-għajnuna tal-mezzi u l-metodi tal-faċilitajiet ta' boarding.

Il-Programm ta' Taħriġ Vokazzjonali ‘Arany János’ (AJVTP) għal studenti b'diversi żvantaġġi għandu l-għan li joħloq opportunitajiet ta' kisba ta' kwalifika tajba għas-suq għal dawk l-istudenti li ftit għandhom ċans jiksbu kwalifiki jekk ma jidħlux fil-programm. Skont ir-riżultati tal-monitoraġġ, ir-rata ta' tluq bikri mill-iskola fl-AJVTP hija taħt il-medja nazzjonali, 13 %.

Aktar minn 4000 student b'diversi żvantaġġi jieħdu sehem fil-programmi.

L-implimentazzjoni hija relatata wkoll mal-Garanzija għaż-żgħażagħ. L-eżami kwantitattiv dwar l-effettività tal-programm li sar fl-2014 iddikjara, fost affarijiet oħra, li mingħajr il-programm 23 % tal-istudenti li jistudjaw f'AJTFP ma kinux jgħaddu għal edukazzjoni ta' livell għoli, 24 % tal-istudenti li kienu qed jistudjaw taħt l-AJFBFP ma kinux jattendu skola li tipprovdi eżami ġenerali tal-iskola sekondarja jew eżami ta' tluq mill-iskola vokazzjonali sekondarja iżda kienu jistudjaw fi skejjel ta' taħriġ vokazzjonali, 28 % tal-istudenti li attendew l-AJVTP aktarx li lanqas biss kienu jkomplu jistudjaw.

Tip
Practice
Pajjiż
Ungerija
Lingwa
BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV
Livell tal-iskola
Sekondarja
Livel ta' intervent
Targeted
Intensità tal-intervent
Ongoing
Sorsi ta' finanzjament
National government

Kummenti

Żid kumment