Indikaturi Strutturali għall-Iskejjel għall-Iżvilupp ta’ Sistemi Inklużivi fl-Iskejjel u madwarhom

Dan is-sett ta’ indikaturi strutturali għas-sistemi inklużivi fl-ambjent tal-iskejjel jista' jintuża minn kapijiet ta’ skejjel, għalliema, ġenituri jew imsieħba oħra tal-iskejjel biex jirriflettu dwar l-inklużività fl-iskola tagħhom. L-indikaturi huma fformulati bħala dikjarazzjonijiet bi tweġibiet “iva” jew “le”, b’mod li jista’ jiggwida lill-atturi tal-iskola fl-awtovalutazzjoni f’firxa ta’ oqsma rilevanti. L-inklużjoni fl-iskejjel titqies bħala materja ta’ appoġġ u tal-kwalità tal-ambjent tat-tagħlim bi skejjel u klassijiet akkoljenti u indokranti. Din hija kkompletata permezz tal-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni, b'approċċ olistiku għall-ħtiġijiet tal-istudenti (mil-lat emozzjonali, fiżiku, konjittiv u soċjali), u billi tirrikonoxxi t-talenti u l-ilħna tagħhom.
L-oqsma ewlenin koperti mill-indikaturi jinkludu:
- approċċ li jinvolvi l-iskola kollha lejn l-iżvilupp ta’ sistemi inklużivi
- il-kwalità tal-għalliema u tat-tmexxija tal-iskejjel
- il-promozzjoni ta’ sistema ta’ integrazzjoni tal-politika u l-prattika
- approċċ multidixxiplinari li jiffoka fuq is-saħħa u l-benesseri
- il-promozzjoni tal-involviment tal-ġenituri u tal-familja
- u l-issodisfar tal-ħtiġijiet ta’ individwi u gruppi partikolarment vulnerabbli
L-għażla tal-indikaturi hija bbażata fuq dokumenti ewlenin tal-politika tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll fuq evidenza internazzjonali riċenti dwar l-edukazzjoni inklużiva.
Din l-għodda hija parti minn Rapport ta’ strateġija dwar l-indikaturi strutturali tas-sistemi inklużivi fl-iskejjel u madwarhom, li għandu ambitu usa' u jipprovdi kuntest u spjegazzjonijiet għal kull wieħed mill-indikaturi.
Awturi:
Paul Downes, Institute of Education, Dublin City University
Erna Nairz-Wirth, Vienna University of Economics and Business
Viktorija Rusinaitė, PPMI
Kummenti
Żid kumment
Biex iżżid kumment jeħtieġ li tkun illogjat.