IL-CAFÉ TAL-OMMIJIET

L-involviment ta' ġenituri bi sfond ta' migranti fil-ħajja tal-iskola jista' jsir permezz ta' korsijiet tal-lingwa jew korsijiet oħrajn. F'Nordrhein Westfahlen fil-Ġermanja spiss jiġu organizzati assoċjazzjonijiet internazzjonali u interkulturali ta' ommijiet ta' nazzjonalitajiet differenti, normalment mat-tagħlim tal-Ġermaniż. Pereżempju, fil-belt ta' Hilden, l-ommijiet jiltaqgħu darba fil-ġimgħa fl-iskola primarja, fejn it-tfal jiġu ndukrati u jiġi pprovdut servizz professjonali, li jippermetti lill-ommijiet ta' oriġini differenti jiskambjaw esperjenzi, itejbu l-ħiliet fil-lingwa Ġermaniża, jisimgħu suġġerimenti fuq ir-rwol tagħhom ta' ġenituri eċċ.

Tip
Practice
Pajjiż
Ġermanja
Lingwa
BG; CZ; DA; DE; EL; EN; ES; ET; FI; FR; HR; HU; IT; LT; LV; MT; NL; PL; PT; RO; SK; SL; SV
Livell tal-iskola
Primary
Livel ta' intervent
Targeted
Intensità tal-intervent
Ongoing
Sorsi ta' finanzjament
Local funding

Kummenti

Żid kumment